+KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Kategoriji tal-magni
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Suġġett

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“makkinarju mobbli mhux tat-triq” tfisser kwalunkwe magna mobbli, tagħmir li jista' jiġi ttrasportat jew vettura bi jew mingħajr qafas jew roti, li mhux maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri jew merkanzija fit-triq, u jinkludi makkinarju installat fuq ix-xażi ta' vetturi maħsuba għat-trasport ta' passiġġieri jew merkanzija fit-triq;

(2) 

“approvazzjoni tat-tip tal-UE” tfisser il-proċedura li permezz tagħha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta' magna jew familja ta' magni tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti ta' dan ir-Regolament;

(3) 

“inkwinanti gassużi” tfisser l-inkwinanti li ġejjin fl-istat gassuż tagħhom emessi minn magna: monossidu tal-karbonju (CO), idrokarburi (HC) totali u ossidi tan-nitroġenu (NOx); NOx li huma l-ossidu nitriku (NO) u d-diossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala ekwivalenti għal NO2;

(4) 

“materja partikolata” jew “PM” tfisser il-massa ta' kwalunkwe materjal fil-gass emess minn magna li jinġabar fuq mezz ta' filtru speċifikat wara d-dilwizzjoni tal-gass bl-arja ffiltrata nadifa sabiex it-temperatura ma taqbiżx it-325 K (52 °C);

(5) 

“numru ta' partikoli” jew “PN” tfisser l-għadd ta' partikoli solidi emessi minn magna b'dijametru akbar minn 23 nm;

(6) 

“inkwinanti partikolati” tfisser kwalunkwe materja emessa minn magna li titkejjel bħala PM jew PN;

(7) 

“magna b'kombustjoni interna” jew “magna” tfisser konvertitur tal-enerġija, għajr turbina tal-gass, iddisinjat biex jibdel enerġija kimika (dħul) f'enerġija mekkanika (ħruġ) bi proċess ta' kombustjoni interna; inklużi, fejn ikunu ġew installati, is-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u l-interfaċċja tal-komunikazzjoni (hardware u messaġġi) bejn l-unità(jiet) elettronika ta' kontroll tal-magna u kwalunkwe unità oħra ta' motopropulsjoni jew kontroll ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li tkun meħtieġa għall-konformità mal-Kapitoli II u III;

(8) 

“tip ta' magna” tfisser grupp ta' magni li ma jkunux differenti fil-karatteristiċi essenzjali tal-magna;

(9) 

“familja ta' magni” tfisser grupp ta' tipi ta' magni ta' fabbrikant li, minħabba d-disinn tagħhom, ikollhom karatteristiċi simili fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost, u li jirrispettaw il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet applikabbli;

(10) 

“magna referenzjarja” tfisser tip ta' magna magħżula minn familja ta' magni b'tali mod li l-karatteristiċi tal-emissjonijiet tagħha jkunu rappreżentattivi ta' dik il-familja ta' magni;

(11) 

“magna ta' sostituzzjoni” tfisser magna li:

(a) 

tintuża esklużivament biex tissostitwixxi magna li diġà tqiegħdet fis-suq u li ġiet installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq; u

(b) 

tkun konformi ma' stadju tal-emissjonijiet li huwa aktar baxx minn dak applikabbli fid-data tas-sostituzzjoni tal-magna;

(12) 

“magna fis-servizz” tfisser magna mħaddma makkinarju mobbli mhux tat-triq skont l-użanzi, kondizzjonijiet u tagħbijiet normali ta' tħaddim tagħha, u li tintuża biex isiru testijiet ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 19;

(13) 

“magna CI” tfisser magna li taħdem fuq il-prinċipju ta' ignixin bil-kompressjoni (“CI”);

(14) 

“magna SI” tfisser magna li taħdem fuq il-prinċipju ta' ignixin bl-ispark (“SI”);

(15) 

“magna SI li tinżamm fl-idejn” tfisser magna SI b'potenza referenzjarja ta' inqas minn 19 kW, u li tintuża f'tagħmir li jissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

jinġarr mill-operatur waqt it-twettiq tal-funzjoni(jiet) maħsuba kollha tat-tagħmir;

(b) 

jopera f'diversi pożizzjonijiet, bħal rasu 'l isfel jew laġenba, sabiex iwettaq il-funzjoni(jiet) maħsuba tiegħu;

(c) 

il-piż niexef, inkluż il-magna, ikun inqas minn 20 kg, u jissodisfa mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-operatur tiegħu jipprovdi appoġġ fiżiku għal jew, inkella, iġorr it-tagħmir matul it-twettiq tal-funzjoni(jiet) maħsuba kollha tiegħu;

(ii) 

l-operatur tiegħu jipprovdi appoġġ fiżiku jew kontroll tal-attitudni għat-tagħmir matul it-twettiq tal-funzjoni(jiet) maħsuba kollha tiegħu;

(iii) 

jintuża f'ġeneratur jew pompa;

(16) 

“fjuwil likwidu” tfisser fjuwil li jeżisti fl-istat likwidu f'kondizzjonijiet ambjentali standard (298K, pressjoni ambjentali assoluta 101,3 kPa);

(17) 

“fjuwil gassuż” tfisser kwalunkwe fjuwil li jkun kollu kemm hu gassuż f'kondizzjonijiet ambjentali standard; (298K, pressjoni ambjentali assoluta 101,3 kPa);

(18) 

“magna li tuża żewġ tipi ta' fjuwil” tfisser magna li hija ddisinjata biex topera simultanjament bi fjuwil likwidu u fjuwil gassuż, fejn iż-żewġ fjuwils jitkejlu separatament u bl-ammont ikkonsmat ta' wieħed mill-fjuwils relattiv għall-ieħor ikun jista' jvarja skont l-operazzjoni;

(19) 

“magna li tuża tip wieħed ta' fjuwil” tfisser magna li mhijiex magna li tuża żewġ tipi ta' fjuwil;

(20) 

“GER” (Proporzjon Enerġetiku tal-Gass) tfisser, fil-każ ta' magna li tuża żewġ tipi ta' fjuwil, il-proporzjon tal-kontenut ta' enerġija tal-fjuwil gassuż fuq il-kontenut ta' enerġija taż-żewġ fjuwils; fil-każ ta' magni li jużaw tip wieħed ta' fjuwil, il-GER jiġi definit bħala 1 jew 0 skont it-tip ta' fjuwil;

(21) 

“magna b'veloċità kostanti” tfisser magna li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha tkun limitata għal operazzjoni b'veloċità kostanti, minbarra magni li l-funzjoni ta' regolatur tal-veloċità kostanti tagħhom titneħħa jew tiġi diżattivata; hija tista' tiġi pprovduta b'veloċità tal-vettura mhux ingranata li tista' tintuża meta tiġi startjata jew meta tintefa l-vettura u tista' tkun mgħammra b'regolatur li jista' jiġi ssettjat għal veloċità alternattiva meta l-magna titwaqqaf;

(22) 

“magna b'veloċità varjabbli” tfisser magna li mhijiex magna b'veloċità kostanti;

(23) 

“operazzjoni b'veloċità kostanti” tfisser operazzjoni ta' magna b'regolatur li jikkontrolla awtomatikament id-domanda tal-operatur sabiex tinżamm il-veloċità tal-magna, anki taħt tagħbija li tinbidel;

(24) 

“magna awżiljarja” tfisser magna installata jew maħsuba biex tiġi installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li ma jipprovdix propulsjoni direttament jew indirettament;

(25) 

“potenza netta” tfisser il-potenza tal-magna f'kW miksuba fuq bank tat-testijiet fit-tarf tal-krankxaft, jew l-ekwivalenti tiegħu, imkejla f'konformità mal-metodu li jintuża għall-kejl tal-potenza tal-magni b'kombustjoni interna kif speċifikat fir-Regolament tal-UNECE Nru. 120 bl-użu ta' fjuwil referenzjarju jew taħlita ta' fjuwils kif speċifikat fl-Artikolu 25(2);

(26) 

“potenza referenzjarja” tfisser il-potenza netta li tintuża sabiex tiddetermina l-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet applikabbli għall-magna;

(27) 

“potenza netta nominali” tfisser il-potenza netta f'kW kif iddikjarata mill-fabbrikant ta' magna b'veloċità nominali;

(28) 

“potenza netta massima” tfisser l-ogħla valur tal-potenza netta fuq il-kurva nominali tal-potenza b'tagħbija sħiħa għat-tip ta' magna;

(29) 

“veloċità nominali” tfisser il-veloċità massima b'tagħbija sħiħa permessa minn regolatur tal-magna, kif iddisinjata mill-fabbrikant, jew, jekk regolatur ma jkunx preżenti, il-veloċità li biha tintlaħaq il-potenza massima netta tal-magna, kif speċifikata mill-fabbrikant;

(30) 

“data tal-produzzjoni tal-magna” tfisser id-data, mogħtija bħala x-xahar u s-sena, meta l-magna tgħaddi mill-verifika finali, wara li tkun ħalliet il-linja tal-produzzjoni, u tkun lesta biex tiġi konsenjata jew titpoġġa fl-istokk;

(31) 

“perijodu ta' transizzjoni” tfisser l-ewwel 24 xahar wara d-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V;

(32) 

“magna ta' transizzjoni” tfisser magna li jkollha data tal-produzzjoni tal-magna li tkun qabel id-data stabbilita fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta' Stadju V u li:

(a) 

tkun konformi mal-aħħar limiti tal-emissjonijiet applikabbli definiti fil-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016; jew

(b) 

taqa' taħt medda ta' potenza, jew tintuża jew maħsuba biex tintuża f'applikazzjoni, li ma kinitx soġġetta għal limiti ta' emissjonijiet ta' inkwinanti u approvazzjoni tat-tip fil-livell tal-Unjoni fil-5 ta' Ottubru 2016;

(33) 

“data tal-produzzjoni tal-magna mobbli mhux tat-triq” tfisser ix-xahar u s-sena indikati fuq il-marka statutorja tal-magna jew, fin-nuqqas ta' marka statutorja, ix-xahar u s-sena li fiha tgħaddi mill-verifika finali wara li tkun ħalliet il-linja tal-produzzjoni;

(34) 

“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser inġenju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1629;

(35) 

“sett ta' ġenerazzjoni” tfisser magna mobbli indipendenti mhux tat-triq li ma jagħmilx parti minn motopropulsjoni, primarjament intenzjonat biex jipproduċi potenza elettrika;

(36) 

“makkinarju stazzjonarju” tfisser makkinarju li huwa maħsub biex jiġi installat b'mod permanenti f'post wieħed għall-ewwel użu tiegħu u mhux maħsub biex jiċċaqlaq, fit-triq jew b'xi mod ieħor, ħlief matul it-trasport mill-post tal-fabbrikazzjoni sal-post tal-ewwel installazzjoni;

(37) 

“installat b'mod permanenti” tfisser imwaħħal bil-boltijiet, jew miżmum effettivament fiss b'xi mod ieħor sabiex ma jkunx jista' jitneħħa mingħajr l-użu ta' għodod jew apparat, ma' bażi jew kostrinġiment alternattiv intenzjonat biex il-magna topera f'post wieħed f'bini, struttura, faċilità jew installazzjoni;

(38) 

“motoslitta” tfisser magna awtopropulsiva li hija maħsuba biex tintuża għal vjaġġar barra mit-triq, primarjament fuq is-silġ, li tinsaq minn ċineg f'kuntatt mas-silġ u tibdel id-direzzjoni permezz ta' ski jew skis f'kuntatt mas-silġ, u li għandha massa massima mingħajr tagħbija, f'qagħda biex tinsaq, ta' 454 kg (inklużi t-tagħmir standard, il-fluwidu berried, il-lubrikanti, il-fjuwil u l-għodod iżda esklużi aċċessorji fakultattivi u s-sewwieq);

(39) 

“vettura all-terrain” jew “ATV” tfisser vettura motorizzata, imħaddma minn magna, maħsuba biex tivvjaġġa primarjament fuq uċuh mhux miksija fuq erba' roti jew aktar b'tajers bi pressjoni baxxa, li jkollha sedil iddisinjat biex jintuża bħala sarġ mis-sewwieq biss, jew sedil iddisinjat biex jintuża bħala sarġ mis-sewwieq u sedil għal mhux aktar minn passiġġier wieħed u manubriji għall-istering;

(40) 

“vettura side-by-side” jew “SbS” tfisser vettura awtopropulsiva, ikkontrollata minn operatur u mhux artikolata maħsuba primarjament sabiex tivvjaġġa fuq uċuh mhux miksija fuq erba' roti jew aktar, li jkollha massa minima mingħajr tagħbija, f'qagħda biex tinsaq, ta' 300 kg (inklużi t-tagħmir standard, il-fluwidu berried, il-lubrikanti, il-fjuwil u l-għodod iżda esklużi aċċessorji fakultattivi u s-sewwieq) u veloċità massima skont id-disinn ta' 25 km/siegħa jew aktar; tali vettura hija wkoll iddisinjata biex tittrasporta persuni u/jew merkanzija u/jew biex tiġbed u timbotta tagħmir, titmexxa minn kontroll differenti minn manubrija, iddisinjata għal skopijiet ta' rikreazzjoni jew utilità u ġġorr fuqha mhux aktar minn sitt persuni, inkluż is-sewwieq, li joqogħdu bil-qiegħda maġenb xulxin fuq sedil wieħed jew aktar mhux f'għamla ta' sarġ;

(41) 

“vettura ferrovjarja” tfisser makkinarju mobbli mhux tat-triq li jopera esklużivament fuq binarji ferrovjarji;

(42) 

“lokomottiva” tfisser vettura ferrovjarja maħsuba biex tipprovdi, jew direttament permezz tar-roti tagħha jew inkella indirettament permezz tar-roti ta' vetturi ferrovjarji oħrajn, il-potenza motriċi għall-propulsjoni tagħha nnifisha u għall-propulsjoni ta' vetturi ferrovjarji oħrajn li huma maħsuba biex iġorru merkanzija, passiġġieri u tagħmir ieħor, waqt li hija nnifisha ddisinjata jew maħsuba biex ma ġġorrx merkanzija jew passiġġieri, minbarra dawk li joperawha;

(43) 

“awtovagun” tfisser vettura ferrovjarja ddisinjata biex tipprovdi, jew direttament permezz tar-roti tagħha jew inkella indirettament permezz tar-roti ta' vetturi ferrovjarji oħrajn, il-potenza motriċi għall-propulsjoni tagħha nnifisha, u hija speċifikament iddisinjata biex iġġorr merkanzija jew passiġġieri, jew it-tnejn li huma, u li mhijiex lokomottiva;

(44) 

“vettura ferrovjarja awżiljarja” tfisser vettura ferrovjarja li mhijiex awtovagun jew lokomottiva inkluża iżda mhux limitata għal vettura ferrovjarja speċifikament iddisinjata biex twettaq ħidma ta' manutenzjoni jew kostruzzjoni jew operazzjonijiet ta' rfigħ assoċjati mal-binarji jew ma' infrastruttura oħra tal-linja ferrovjarja;

(45) 

“krejn mobbli” tfisser krejn bi driegħ bi provvista ta' enerġija interna li kapaċi jivvjaġġa fit-triq u/jew mhux fit-triq jew it-tnejn, u li jiddependi mill-gravità għall-istabbiltà u li jopera fuq tajers, ċineg jew b'arranġamenti mobbli oħrajn;

(46) 

“magna għat-tneħħija tas-silġ (snow thrower)” tfisser magna bi provvista ta' enerġija interna li hija ddisinjata esklużivament għat-tneħħija tas-silġ mis-superfiċje pavimentat billi tinġabar kwantità ta' silġ u tintefa' bis-saħħa f'tubu ta' rmigħ;

(47) 

“issir disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista ta' magna jew makkinarju mobbli mhux tat-triq għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, bi ħlas jew inkella mingħajr ħlas;

(48) 

“tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel darba li magna jew makkinarju mobbli mhux tat-triq isir disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(49) 

“fabbrikant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li hija responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta' awtorizzazzjoni jew approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-magna u li tiżgura l-konformità tal-produzzjoni tal-magna u li hija responsabbli wkoll għall-kwistjonijiet ta' sorveljanza tas-suq għall-magni ffabbrikati, kemm jekk involuta direttament kif ukoll jekk le fl-istadji kollha tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-magna li hija s-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(50) 

“rappreżentant tal-fabbrikant” jew “rappreżentant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li l-fabbrikant jaħtar b'mod dovut permezz ta' mandat bil-miktub sabiex tirrappreżentah fi kwistjonijiet rigward l-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u sabiex taġixxi f'ismu fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament;

(51) 

“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed fis-suq magna minn pajjiż terz, kemm jekk il-magna tkun diġà installata kif ukoll jekk le fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(52) 

“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, għajr il-fabbrikant jew l-importatur, li tagħmel magna disponibbli fis-suq;

(53) 

“operatur ekonomiku” tfisser il-fabbrikant, ir-rappreżentant tal-fabbrikant, l-importatur jew id-distributur;

(54) 

“fabbrikant ta' tagħmir oriġinali” jew “OEM” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tiffabbrika makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(55) 

“awtorità tal-approvazzjoni” tfisser l-awtorità ta' Stat Membru stabbilita jew maħtura minn Stat Membru u nnotifikata minnu lill-Kummissjoni u li għandha kompetenza għal:

(a) 

l-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' magna jew ta' familja ta' magni;

(b) 

il-proċess ta' awtorizzazzjoni;

(c) 

l-għoti u, fejn xieraq, l-irtirar jew ir-rifjut ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, u l-ħruġ ta' ċertifikati ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(d) 

li taġixxi bħala l-punt ta' kuntatt għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta' Stati Membri oħrajn;

(e) 

li taħtar is-servizzi tekniċi; u

(f) 

li tiżgura li l-fabbrikant jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni;

(56) 

“servizz tekniku” tfisser organizzazzjoni jew korp maħtur mill-awtorità tal-approvazzjoni bħala laboratorju tat-testijiet sabiex jagħmel testijiet, jew bħala korp ta' valutazzjoni tal-konformità sabiex iwettaq il-valutazzjoni inizjali u testijiet jew spezzjonijiet oħrajn, f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni, jew l-awtorità tal-approvazzjoni nnifisha meta twettaq dawk il-funzjonijiet;

(57) 

“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiżguraw li l-magni li jsiru disponibbli fis-suq ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(58) 

“awtorità għas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità ta' Stat Membru li tkun responsabbli mit-twettiq ta' sorveljanza tas-suq fit-territorju tiegħu;

(59) 

“awtorità nazzjonali” tfisser awtorità tal-approvazzjoni jew kwalunkwe awtorità oħra li, fir-rigward ta' magni li jkunu ser jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq jew ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih huma installati magni, tkun involuta fi u responsabbli mis-sorveljanza tas-suq, il-kontroll fuq il-fruntiera jew it-tqegħid fis-suq fi Stat Membru;

(60) 

“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, għajr il-fabbrikant, l-OEM, l-importatur jew id-distributur, li hija responsabbli mit-tħaddim tal-magna installata f'makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(61) 

“strateġija ta' kontroll tal-emissjonijiet” tfisser element jew sett ta' elementi ta' disinn inkorporat fid-disinn ġenerali ta' magna, jew f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih magna hija installata, u li jintuża fil-kontroll tal-emissjonijiet;

(62) 

“sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet” tfisser kwalunkwe mezz, sistema jew element ta' disinn li jikkontrolla jew inaqqas l-emissjonijiet;

(63) 

“strateġija ta' invalidazzjoni” tfisser strateġija ta' kontroll tal-emissjonijiet li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet ambjentali jew ta' tħaddim tal-magna li jkun hemm matul it-tħaddim normali tal-magna jew barra l-proċeduri tal-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE;

(64) 

“unità elettronika ta' kontroll” tfisser mezz elettroniku ta' magna li huwa parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u li juża d-data miksuba mis-sensuri tal-magna biex jikkontrolla l-parametri tal-magna;

(65) 

“riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost” jew “EGR” tfisser mezz tekniku li hija parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u li tnaqqas l-emissjonijiet billi tidderieġi l-gassijiet tal-egżost li jkunu ħarġu mill-kamra(kmamar) tal-kombustjoni lura fil-magna sabiex jitħalltu mal-arja li tidħol qabel jew waqt il-kombustjoni, ħlief għall-użu ta' valve timing sabiex jiżdied l-ammont ta' gass tal-egżost residwu fil-kamra(kmamar) tal-kombustjoni li jitħallat mal-arja li tidħol qabel jew waqt il-kombustjoni;

(66) 

“sistema ta' posttrattament tal-egżost” tfisser katalizzatur, filtru tal-partikoli, sistema deNOx, sistema kkombinata ta' filtru tal-partikoli ta' deNOx jew kwalunkwe mezz ieħor li jnaqqas l-emissjonijiet, bl-eċċezzjoni tar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost u t-turboċarġers, li huwa parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, iżda li jiġi installat 'l isfel mill-portijiet tal-egżost tal-magna;

(67) 

“tbagħbis” tfisser diżattivazzjoni, aġġustament jew modifika tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, inkluż kwalunkwe software jew element loġiku ieħor ta' kontroll ta' tali sistema, li jkollu l-effett, intenzjonat jew le, li jdgħajjef ir-rendiment tal-emissjonijiet tal-magna;

(68) 

“ċiklu tat-test” tfisser sekwenza tal-punti tat-test, kull wieħed b'veloċità u torque definiti, li għandhom jiġu segwiti mill-magna meta din tkun qiegħda tiġi ttestjata taħt kondizzjonijiet operattivi statiċi jew transitorji;

(69) 

“ċiklu tat-test f'qagħda statika” tfisser ċiklu tat-test fejn il-veloċità u t-torque tal-magna jinżammu f'sett finit ta' valuri nominalment kostanti; it-testijiet f'qagħda statika huma testijiet b'modalità diskreta jew inkella testijiet b'modalità ta' rampa ta' transizzjoni;

(70) 

“ċiklu tat-test transitorju” tfisser ċiklu tat-test b'sekwenza ta' valuri normalizzati tal-veloċità u tat-torque li jvarjaw mal-ħin fuq bażi ta' sekonda b'sekonda;

(71) 

“kaxxa tal-krank” tfisser l-ispazji magħluqa f'magna, jew esterni għaliha, li jkunu konnessi mas-samp taż-żejt permezz ta' kanali interni jew esterni minn fejn ikunu jistgħu joħorġu l-gassijiet u l-fwar;

(72) 

“riġenerazzjoni” tfisser avveniment li matulu l-livelli tal-emissjonijiet jinbidlu waqt li r-rendiment tas-sistema ta' posttrattament tal-egżost jiġi restawrat permezz tad-disinn, u li jista' jiġi kklassifikat bħala riġenerazzjoni kontinwa jew bħala riġenerazzjoni infrekwenti (perjodika);

(73) 

“perijodu ta' durabbiltà tal-emissjonijiet” jew “EDP” tfisser in-numru ta' sigħat jew, fejn applikabbli, id-distanza li tintuża biex jiġu stabbiliti l-fatturi tad-deterjorament;

(74) 

“fatturi tad-deterjorament” tfisser is-sett ta' fatturi li jindikaw ir-relazzjoni bejn l-emissjonijiet fil-bidu u fi tmiem il-perijodu ta' durabbiltà tal-emissjonijiet;

(75) 

“ittestjar virtwali” tfisser simulazzjonijiet bil-kompjuter, inklużi kalkoli, li jsiru biex juru l-livell tar-rendiment ta' magna bħala għajnuna għat-teħid tad-deċiżjonijiet mingħajr il-ħtieġa li tintuża magna fiżika.

Artikolu 4 Kategoriji tal-magni

Kategoriji tal-magni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit