+Artikolu 4 1.

Artikolu 4 1.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw il-kategoriji ta' magni li ġejjin, imqassmin fis-subkategoriji mogħtija fl-Anness I,:

(1)

“kategorija NRE” :

(a) 

magni għal makkinarju mobbli mhux tat-triq li huma intenzjonati u adatti biex jimxu, jew biex jitmexxew, fit-triq jew b'xi mod ieħor, li mhumiex esklużi skont l-Artikolu 2(2) u li mhumiex inklużi f'xi kategorija oħra msemmija fil-punti (2) sa (10) ta' dan il-paragrafu;

(b) 

magni li għandhom potenza referenzjarja ta' inqas minn 560 kW li jintużaw minflok il-magni ta' Stadju V tal-kategoriji IWP, IWA, RLL jew RLR;

(2)

“kategorija NRG” : magni li jkollhom potenza referenzjarja akbar minn 560 kW, esklużivament għall-użu f'settijiet ta' ġenerazzjoni; il-magni għal settijiet ta' ġenerazzjoni minbarra dawk li għandhom dawk il-karatteristiċi huma inklużi fil-kategoriji NRE jew NRS, skont il-karatteristiċi tagħhom;

(3)

“kategorija NRSh” : magni SI li jinżammu fl-idejn li jkollhom potenza referenzjarja li tkun inqas minn 19 kW, esklużivament għall-użu f'makkinarju li jinżamm fl-idejn;

(4)

“kategorija NRS” : magni SI, li jkollhom potenza referenzjarja li tkun inqas minn 56 kW u li mhumiex inklużi fil-kategorija NRSh;

(5)

“kategorija IWP” :

(a) 

magni esklużivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni, għall-propulsjoni diretta jew indiretta tagħhom, jew maħsuba għall-propulsjoni diretta jew indiretta tagħhom, li jkollhom potenza referenzjarja li tkun akbar minn jew ugwali għal 19 kW;

(b) 

magni li jintużaw minflok il-magni tal-kategorija IWA sakemm dawn jikkonformaw mal-Artikolu 24(8);

(6)

“kategorija IWA” : magni awżiljarji esklużivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni u li jkollhom potenza referenzjarja li tkun akbar minn, jew ugwali għal, 19 kW;

(7)

“kategorija RLL” : magni esklużivament għall-użu f'lokomottivi, għall-propulsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom;

(8)

“Kategorija RLR” :

(a) 

magni esklużivament għall-użu f'awtovaguni, għall-propulsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom;

(b) 

il-magni li jintużaw minflok il-magni ta' Stadju V tal-kategorija RLL;

(9)

“kategorija SMB” : magni SI esklużivament għall-użu fil-motoslitti; il-magni għall-motoslitti minbarra l-magni SI huma inklużi fil-kategorija NRE;

(10)

“kategorija ATS” : magni SI esklużivament għall-użu fl-ATVs u SbS; il-magni għall-ATVs u l-SbS minbarra l-magni SI huma inklużi fil-kategorija NRE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit