+Artikolu 6 Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
|
Artikolu 6 Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni
Obbligi tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li l-fabbrikanti li japplikaw għal approvazzjoni tat-tip tal-UE jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom biss jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-tipi ta' magni jew għall-familji ta' magni li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, permezz tal-IMI, reġistru tat-tipi kollha ta' magni u familji ta' magni, li għalihom ingħataw, ġew estiżi jew ġew irtirati approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, jew li fir-rigward tagħhom ġiet rifjutata applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Dak ir-reġistru għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u l-isem tal-kumpannija, jekk differenti;
(b)
l-isem/ismijiet kummerċjali jew il-marka(i) kummerċjali, kif adatt, li jappartjenu għall-fabbrikant;
(c)
id-deżinjazzjoni tat-tipi ta' magni koperti mill-approvazzjoni tat-tip tal-UE tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, mill-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-familja ta' magni;
(e)
in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE inkluż in-numru ta' kwalunkwe estensjoni;
(f)
id-data tal-għoti, l-estensjoni, ir-rifjut jew it-tneħħija tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE; u
(g)
il-kontenut tat-taqsimiet “Informazzjoni ġenerali dwar il-magna” u “Riżultat finali tal-emissjonijiet” tar-rapport dwar it-testijiet imsemmi fl-Artikolu 24(12).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|