+Artikolu 15 Obbligi tal-OEMs li jikkonċernaw l-installazzjoni ta' magni
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
|
Artikolu 15 Obbligi tal-OEMs li jikkonċernaw l-installazzjoni ta' magni
Obbligi tal-OEMs li jikkonċernaw l-installazzjoni ta' magni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
L-OEMs għandhom jinstallaw il-magni bl-approvazzjoni tat-tip tal-UE fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq f'konformità mal-istruzzjonijiet ipprovduti mill-fabbrikat skont l-Artikolu 43(2), u b'tali mod li ma jaffettwawx ħażin ir-rendiment tal-magna fir-rigward tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Fejn OEM ma jsegwix l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew jimmodifika magna matul l-installazzjoni tagħha f'makkinarju mobbli mhux tat-triq b'tali mod li jaffettwa ħażin il-prestazzjoni tal-magna fir-rigward tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati, dak l-OEM għandu jitqies bħala fabbrikant għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament u għandu, b'mod partikolari, ikun soġġett għall-obbligi speċifikati fl-Artikoli 8 u 9.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-OEMs m'għandhomx jinstallaw magni bl-approvazzjoni tat-tip tal-UE fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq jekk mhux f'konformità mat-tipi tal-użu esklużiv previst fl-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Fejn il-marka statutorja tal-magna msemmija fl-Artikolu 32 ma tkunx tidher mingħajr ma jitneħħew xi partijiet, l-OEM għandu jwaħħal mal-makkinarju mobbli mhux tat-triq, b'mod li tkun tidher, kopja tal-marka kif imsemmi f'dak l-Artikolu u fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti, li tiġi pprovduta mill-fabbrikant.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Fejn makkinarju mobbli mhux tat-triq b'magna ta' transizzjoni installata jitqiegħed fis-suq f'konformità mal-Artikolu 58(5), l-OEMs għandhom jindikaw id-data tal-produzzjoni tal-magna mobbli mhux tat-triq bħala parti mill-marka fuq il-magna.
|
|
Artikolu 15 6.
|
Fejn fabbrikant jikkonsenja magna lil OEM separatament mis-sistema ta' posttrattament tal-egżost tagħha f'konformità mal-Artikolu 34(3), l-OEM għandu, fejn applikabbli, jipprovdi lill-fabbrikat b'informazzjoni rigward il-muntaġġ tal-magna u s-sistema ta' posttrattament tal-egżost tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|