+Artikolu 19 Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-magni fis-servizz
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.

Artikolu 19 Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-magni fis-servizz

Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-magni fis-servizz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.
L-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi minn magni li jappartjenu għat-tipi ta' magni jew familji ta' magni b'limiti tal-emissjonijiet ta' Stadju V li ġew approvati skont it-tip f'konformità ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-ittestjar tal-magni fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq u operati fuq iċ-ċikli tat-tħaddim normali tagħhom. Tali ttestjar għandu jitwettaq, taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant u f'konformità mar-rekwiżiti tal-awtorità tal-approvazzjoni, fuq magni li tkun saritilhom manutenzjoni korretta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-magni, il-proċeduri tal-ittestjar u r-rapportar tar-riżultati għall-kategoriji ta' magni differenti.

Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi pilota bil-għan li tiżviluppa proċeduri tal-ittestjar xierqa għal dawk il-kategoriji u subkategoriji ta' magni li fir-rigward tagħhom għadhom mhumiex fis-seħħ tali proċeduri tal-ittestjar.

Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi ta' monitoraġġ għal kull kategorija ta' magni biex tiddetermina l-miżura sa fejn, l-emissjonijiet imkejla miċ-ċiklu tat-test jikkorrispondu għall-emissjonijiet imkejla mill-operazzjoni proprja. Dawk il-programmi u r-riżultati tagħhom għandhom, fuq bażi annwali, ikunu s-suġġett ta' preżentazzjoni lill-Istati Membri u, sussegwentement, ta' komunikazzjoni lill-pubbliku.

Artikolu 19 2.
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 għall-iskop li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'arranġamenti ddettaljati fir-rigward tal-għażla tal-magni, il-proċeduri għat-testijiet u r-rapportar tar-riżultati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta ' Diċembru 2016.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit