+Artikolu 19 1.

Artikolu 19 1.

L-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi minn magni li jappartjenu għat-tipi ta' magni jew familji ta' magni b'limiti tal-emissjonijiet ta' Stadju V li ġew approvati skont it-tip f'konformità ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-ittestjar tal-magni fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq u operati fuq iċ-ċikli tat-tħaddim normali tagħhom. Tali ttestjar għandu jitwettaq, taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant u f'konformità mar-rekwiżiti tal-awtorità tal-approvazzjoni, fuq magni li tkun saritilhom manutenzjoni korretta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-magni, il-proċeduri tal-ittestjar u r-rapportar tar-riżultati għall-kategoriji ta' magni differenti.

Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi pilota bil-għan li tiżviluppa proċeduri tal-ittestjar xierqa għal dawk il-kategoriji u subkategoriji ta' magni li fir-rigward tagħhom għadhom mhumiex fis-seħħ tali proċeduri tal-ittestjar.

Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi ta' monitoraġġ għal kull kategorija ta' magni biex tiddetermina l-miżura sa fejn, l-emissjonijiet imkejla miċ-ċiklu tat-test jikkorrispondu għall-emissjonijiet imkejla mill-operazzjoni proprja. Dawk il-programmi u r-riżultati tagħhom għandhom, fuq bażi annwali, ikunu s-suġġett ta' preżentazzjoni lill-Istati Membri u, sussegwentement, ta' komunikazzjoni lill-pubbliku.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit