+Artikolu 20 Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
|
Artikolu 20 Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE
Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Il-fabbrikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni separata għal kull approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' tip ta' magna jew familja ta' magni lill-awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru u kull applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21. Fir-rigward ta' tip partikolari ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni, għandha tiġi ppreżentata biss applikazzjoni waħda u din għandha tiġi ppreżentata lil awtorità tal-approvazzjoni waħda biss.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Il-fabbrikanti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE magna li tikkonforma mal-karatteristiċi tat-tip ta' magna jew, f'każ tal-familja ta' magni, tal-magna referenzjarja deskritti fil-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Fil-każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' familja ta' magni, jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tistabbilixxi li, fir-rigward tal-magna referenzjarja magħżula imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-applikazzjoni ppreżentata ma tirrappreżentax b'mod sħiħ il-familja ta' magni deskritta fil-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 21, il-fabbrikanti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni magna referenzjarja alternattiva u, jekk ikun hemm bżonn, addizzjonali, li titqies mill-awtorità tal-approvazzjoni li tirrappreżenta lill-familja ta' magni.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Fi żmien xahar mill-bidu tal-produzzjoni tat-tip ta' magna jew familja ta' magni approvata, il-fabbrikanti għandhom jippreżentaw il-pjan inizjali għall-monitoraġġ tal-magni fis-servizz lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip ta' dak it-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|