+Artikolu 23 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.

Artikolu 23 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.

Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jkollu, l-annessi li ġejjin:

(a) 

il-pakkett ta' informazzjoni;

(b) 

fejn applikabbli, l-ismijiet u eżemplar tal-firem tal-persuni awtorizzati biex jiffirmaw dikjarazzjonijiet tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 31 u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħhom fil-kumpannija.

Artikolu 23 2.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
Artikolu 23 3.

Fir-rigward ta' kull tip ta' magna jew familja ta' magni li tkun ġiet approvata, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:

(a) 

timla s-sezzjonijiet rilevanti kollha taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, u tehmeż ir-rapport tat-test;

(b) 

tħejji l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjoni;

(c) 

toħroġ ċertifikat komplut, flimkien mal-annessi tiegħu, lill-applikant mingħajr dewmien.

Artikolu 23 4.
Fejn approvazzjoni tat-tip tal-UE tkun, f'konformità mal-Artikolu 35, ġiet soġġetta għal restrizzjonijiet dwar il-validità tagħha jew fejn it-tip ta' magna jew familja ta' magni tkun ġiet eżentata minn ċerti rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jispeċifika dawk ir-restrizzjonijiet jew eżenzjonijiet.
Artikolu 23 5.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw il-mudell għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit