|
+Artikolu 25 3. |
Artikolu 25 3.Fir-rigward tat-twettiq tal-kejl u tat-testijiet, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta':
(a)
l-apparat u l-proċeduri għat-twettiq tat-testijiet;
(b)
l-apparat u l-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet u t-teħid ta' kampjuni;
(c)
il-metodi li jintużaw għall-kalkoli u l-evalwazzjoni tad-data;
(d)
il-metodi li jintużaw sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi ta' deterjorament;
(e)
fir-rigward tal-magni fil-kategoriji NRE, NRG, IWP, IWA, RLR, NRS, NRSh, SMB u ATS li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet ta' Stadju V stabbiliti fl-Anness II:
(i)
il-metodi għall-kunsiderazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank;
(ii)
il-metodi għad-determinazzjoni u għall-kunsiderazzjoni tar-r-riġenerazzjoni kontinwa jew infrekwenti tas-sistemi ta' posttrattament tal-egżost;
(f)
fir-rigward tal-magni kkontrollati b'mod elettroniku fil-kategoriji NRE, NRG, IWP, IWA, RLL u RLR li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet Stadju V stabbiliti fl-Anness II u li jużaw kontroll elettroniku sabiex jiddeterminaw kemm il-kwantità ta' fjuwil kif ukoll l-għażla tal-ħin għall-injezzjoni tal-fjuwil jew li jużaw kontroll elettroniku sabiex jattivaw, jiddiżattivaw jew jimmodulaw is-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet użata biex jitnaqqas l-NOx:
(i)
l-istrateġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet, u għandhom jinkludu d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex turi dawk l-istrateġiji;
(ii)
il-miżuri ta' kontroll tal-NOx, u għandhom jinkludu l-metodu użat biex juri dawk il-miżuri ta' kontroll;
(iii)
iż-żona assoċjata maċ-ċiklu tat-test f'qagħda statika mhux tat-triq rilevanti, li fiha jiġi kkontrollat l-ammont li bih l-emissjonijiet huma permessi li jaqbżu l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II;
(iv)
l-għażla mis-servizz tekniku ta' punti ta' kejl addizzjonali miż-żona ta' kontroll matul it-test tal-emissjonijiet fuq il-bank. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|