+Artikolu 25 Twettiq tal-kejl u tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.

Artikolu 25 Twettiq tal-kejl u tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

Twettiq tal-kejl u tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.

Ir-riżultati finali tat-testijiet tal-emissjoni tal-egżost għall-magni soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jiġu kkalkulati billi dawn li ġejjin jiġu applikati għar-riżultati tat-test fil-laboratorju ta':

(a) 

l-emissjonijiet ta' gassijiet mill-kaxxa tal-krank, fejn meħtieġ mill-paragrafu 3 u fejn ma jkunux diġà inklużi fil-kejl tal-laboratorju;

(b) 

kwalunkwe fattur ta' aġġustament neċessarju, fejn meħtieġ mill-paragrafu 3 u fejn il-magna tinkludi sistema ta' posttrattament tal-egżost riġeneranti;

(c) 

fir-rigward tal-magni kollha, il-fatturi ta' deterjorament adatti għall-perijodi ta' durabbiltà tal-emissjonijiet speċifikati fl-Anness V.

Artikolu 25 2.

L-ittestjar ta' tip ta' magna jew familja ta' magni biex jiġi ddeterminat jekk tissodisfax il-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandu jitwettaq bl-użu tal-fjuwils referenzjarji jew it-taħlitiet ta' fjuwils li ġejjin, kif adatt:

(a) 

diżil;

(b) 

petrol;

(c) 

taħlita ta' petrol u żejt, għall-magni SI two-stroke;

(d) 

gass naturali/bijometan;

(e) 

gass likwifikat miż-żejt (LPG);

(f) 

etanol.

It-tip ta' magna jew il-familja ta' magni għandha, barra minn hekk, tissodisfa l-limiti tal-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' kwalunkwe fjuwils, taħlitiet ta' fjuwils jew emulsjonijiet ta' fjuwils speċifikati oħra inklużi mill-fabbrikant f'applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE u deskritt fil-folder ta' informazzjoni.

Artikolu 25 3.

Fir-rigward tat-twettiq tal-kejl u tat-testijiet, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta':

(a) 

l-apparat u l-proċeduri għat-twettiq tat-testijiet;

(b) 

l-apparat u l-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet u t-teħid ta' kampjuni;

(c) 

il-metodi li jintużaw għall-kalkoli u l-evalwazzjoni tad-data;

(d) 

il-metodi li jintużaw sabiex jiġu stabbiliti l-fatturi ta' deterjorament;

(e) 

fir-rigward tal-magni fil-kategoriji NRE, NRG, IWP, IWA, RLR, NRS, NRSh, SMB u ATS li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet ta' Stadju V stabbiliti fl-Anness II:

(i) 

il-metodi għall-kunsiderazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet mill-kaxxa tal-krank;

(ii) 

il-metodi għad-determinazzjoni u għall-kunsiderazzjoni tar-r-riġenerazzjoni kontinwa jew infrekwenti tas-sistemi ta' posttrattament tal-egżost;

(f) 

fir-rigward tal-magni kkontrollati b'mod elettroniku fil-kategoriji NRE, NRG, IWP, IWA, RLL u RLR li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet Stadju V stabbiliti fl-Anness II u li jużaw kontroll elettroniku sabiex jiddeterminaw kemm il-kwantità ta' fjuwil kif ukoll l-għażla tal-ħin għall-injezzjoni tal-fjuwil jew li jużaw kontroll elettroniku sabiex jattivaw, jiddiżattivaw jew jimmodulaw is-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet użata biex jitnaqqas l-NOx:

(i) 

l-istrateġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet, u għandhom jinkludu d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex turi dawk l-istrateġiji;

(ii) 

il-miżuri ta' kontroll tal-NOx, u għandhom jinkludu l-metodu użat biex juri dawk il-miżuri ta' kontroll;

(iii) 

iż-żona assoċjata maċ-ċiklu tat-test f'qagħda statika mhux tat-triq rilevanti, li fiha jiġi kkontrollat l-ammont li bih l-emissjonijiet huma permessi li jaqbżu l-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II;

(iv) 

l-għażla mis-servizz tekniku ta' punti ta' kejl addizzjonali miż-żona ta' kontroll matul it-test tal-emissjonijiet fuq il-bank.

Artikolu 25 4.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw:

(a) 

il-metodoloġija għall-adattament tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet li jsiru fil-laboratorji sabiex jiġu inklużi l-fatturi ta' deterjorament imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1;

(b) 

il-karatteristiċi tekniċi tal-fjuwils referenzjarji msemmija fil-paragrafu 2 u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti għad-deskrizzjoni ta' kwalunkwe fjuwils, taħlitiet ta' fjuwils jew emulsjonijiet ta' fjuwils speċifikati oħra deskritti fil-folder ta' informazzjoni;

(c) 

ir-rekwiżiti u l-karatteristiċi tekniċi ddettaljati għat-twettiq tal-kejl u tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 3;

(d) 

il-metodu użat biex jitkejjel il-PN, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fis-serje 06 tar-Regolament Nru. 49 tal-UNECE;

(e) 

ir-rekwiżiti tekniċi ddettaljati applikabbli għall-ittestjar ta' magni li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil jew magni gassużi li jużaw fjuwil wieħed imsemmija fl-Anness II.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit