+Artikolu 30 Validità ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.

Artikolu 30 Validità ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE

Validità ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
L-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għandhom jinħarġu għal perijodu ta' żmien bla limitu.
Artikolu 30 2.

Approvazzjoni tat-tip tal-UE għal magna għandha ssir invalida fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn rekwiżiti ġodda applikabbli għat-tip ta' magna approvata jew, fejn applikabbli, għall-familja ta' magni, isiru obbligatorji għat-tqegħid fis-suq tagħha u ma jkunx possibbli li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tiġi estiża jew riveduta kif xieraq;

(b) 

fejn il-produzzjoni tat-tip ta' magna jew tal-familja ta' magni approvati titwaqqaf b'mod definittiv u volontarjament;

(c) 

fejn il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tiskadi minħabba restrizzjoni, f'konformità mal-Artikolu 35(3);

(d) 

fejn l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tkun ġiet irtirata f'konformità mal-Artikoli 26(5), 39(1) jew 40(3).

Artikolu 30 3.
Fejn il-kondizzjonijiet għall-validità ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' familja ta' magni ma baqgħux jiġu ssodisfati fir-rigward ta' tip wieħed biss ta' magna f'familja ta' magni, l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-familja ta' magni inkwistjoni għandha ssir invalida biss safejn ikun ikkonċernat dak it-tip ta' magna partikolari.
Artikolu 30 4.
Fejn il-produzzjoni ta' tip ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni titwaqqaf b'mod definittiv, il-fabbrikant għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE korrispondenti b'dak it-twaqqif.

Fi żmien xahar minn meta tirċievi dik n-notifika, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-tip ta' magna jew familja ta' magni għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn b'dan.

Artikolu 30 5.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, fejn approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew, fejn applikabbli, familja ta' magni tkun ser issir invalida, il-fabbrikant għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni korrispondenti b'dak il-fatt.

F'tali każijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien.

Dik il-komunikazzjoni għandha tispeċifika, b'mod partikolari, id-data tal-produzzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-aħħar magna li ġiet fabbrikata.

Artikolu 30 6.
Ir-rekwiżiti tan-notifika msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jitqiesu li jkunu ġew issodisfati fejn l-informazzjoni rilevanti tkun tqiegħdet fuq l-IMI.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit