+Artikolu 32 Marki statutorji tal-magni
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
|
Artikolu 32 Marki statutorji tal-magni
Marki statutorji tal-magni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
Il-fabbrikant għandu jwaħħal marka ma' kull magna fabbrikata f'konformità mat-tip approvat (“il-marka statutorja”).
|
|
Artikolu 32 2.
|
Fir-rigward tal-magni li ġejjin, il-marka statutorja għandha tinkludi informazzjoni supplementari li tindika li l-magna hija soġġetta għall-eżenzjoni jew id-dispożizzjoni transitorja rilevanti:
(a)
magni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 34(1) li huma fabbrikati fl-Unjoni jew barra mill-Unjoni u sussegwentement installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq fl-Unjoni;
(b)
magni li jitqiegħdu fis-suq f'konformità mal-Artikolu 34(2) (5), (6) jew (8);
(c)
magni li jitqiegħdu fis-suq temporanjament f'konformità mal-Artikolu 34(4);
(d)
magni transitorji li jitqiegħdu fis-suq f'konformità mal-Artikolu 58(5);
(e)
magni ta' sostituzzjoni li jitqiegħdu fis-suq f'konformità mal-Artikolu 34(7), l-Artikolu 58(10) jew (11).
|
|
Artikolu 32 3.
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw il-mudell għall-marka statutorja, inkluża l-informazzjoni essenzjali obbligatorja meħtieġa meta l-magna tħalli l-linja tal-produzzjoni, l-informazzjoni essenzjali obbligatorja tagħha qabel ma titqiegħed il-magna fis-suq u, fejn applikabbli, l-informazzjoni supplementari msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|