Minkejja l-Artikoli 18(2) u 22(3), l-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal, u jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta', magni li jissodisfaw il-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati għall-magni bi skop speċjali stabbiliti fl-Anness VI, bil-kondizzjoni li l-magni jkunu intenzjonati għal installazzjoni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li ser tintuża f'atmosferi potenzjalment esplożivi, kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
).