+Artikolu 34 Eżenzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.
---+Artikolu 34 7.
---+Artikolu 34 8.
---+Artikolu 34 9.

Artikolu 34 Eżenzjonijiet ġenerali

Eżenzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.
Ħlief fir-rigward tal-punt (a) tal-Artikolu 32(2), il-magni għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi m'għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament.
Artikolu 34 2.
Ħlief fir-rigward tal-punt (b) tal-Artikolu 32(2), il-magni għall-użu mill-forzi armati m'għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, is-servizzi tat-tifi tan-nar, is-servizzi tad-difiża ċivili, il-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku u s-servizzi ta' emerġenza medika m'għandhomx jitqiesu parti mill-forzi armati.

Artikolu 34 3.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, u bil-kunsens tal-OEM, fabbrikant jista' jikkunsinja lil dak l-OEM magna separatament mis-sistema ta' posttrattament tal-egżost tagħha.
Artikolu 34 4.
Minkejja l-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid temporanju fis-suq, għall-finijiet tal-ittestjar fuq il-post, ta' magni li ma kellhomx it-tip approvat tal-UE f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 34 5.
Minkejja l-Artikoli 18(2) u 22(3), l-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal, u jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta', magni li jissodisfaw il-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati għall-magni bi skop speċjali stabbiliti fl-Anness VI, bil-kondizzjoni li l-magni jkunu intenzjonati għal installazzjoni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li ser tintuża f'atmosferi potenzjalment esplożivi, kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
Artikolu 34 6.
Minkejja l-Artikoli 18(2) u 22(3), l-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal, u jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta', magni li jissodisfaw il-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati għall-magni bi skop speċjali stabbiliti fl-Anness VI, bil-kondizzjoni li l-magni jkunu intenzjonati għal installazzjoni f'makkinarju mobbli mhux tat-triq li jintuża esklużivament għall-varar u l-irkupru ta' dgħajjes tas-salvataġġ operati minn servizz nazzjonali tas-salvataġġ.
Artikolu 34 7.
Minkejja l-Artikoli 5(3) u 18(2), fir-rigward tal-magni li tal-kategoriji RLL jew RLR u li tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2011 jew qabel, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni jekk l-awtorità tal-approvazzjoni, wara eżami, tirrikonoxxi u tikkonkudi li l-installazzjoni ta' magna li tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli stabbiliti fit-Tabelli II-7 u II-8 tal-Anness II tkun ser tinvolvi diffikultajiet tekniċi sinifikanti. F'tali każ, il-magni ta' sostituzzjoni għandhom tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet li kien ikollhom bżonn tissodisfa biex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2011, jew inkella għandhom jikkonformaw ma' limiti tal-emissjonijiet aktar rigorużi.

Fir-rigward tal-magni fil-kategoriji RLL u RLR li kienu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni wara l-31 ta' Diċembru 2011, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni li għandhom jiġu sostitwita kellhom jissodisfaw meta kienu tqiegħdu oriġinarjament fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 34 8.

Fir-rigward tal-magni fil-kategoriji RLL jew RLR, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni li jikkonformaw mal-aħħar limiti tal-emissjonijiet applikabbli definiti fil-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016, sakemm:

(a) 

dawk il-magni jkunu parti minn proġett li ikun fi stadju avvanzat ta' żvilupp fis-6 ta' Ottubru 2016, kif definit fid-Direttiva 2008/57/KE; u

(b) 

l-użu ta' magni li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli stabbiliti fit-Tabelli II-7 jew II-8 tal-Anness II jwassal għal spejjeż sproporzjonati.

Sas-17 ta' Settembru 2017, kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-lista ta' kwalunkwe proġett bħal dan.

Artikolu 34 9.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 għall-iskop li jissuplimentaw dan ir-Regolament b'kondizzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati għal:

(a) 

il-konsenja ta' magna separatament mis-sistema ta' posttrattament tal-egżost tagħha minn fabbrikant lil OEM, kif imsemmi fil-paragrafu 3;

(b) 

it-tqegħid temporanju fis-suq, għall-finijiet tal-ittestjar fuq il-post, ta' magni li ma kellhomx it-tip approvat tal-UE f'konformità ma' dan ir-Regolament, kif imsemmi fil-paragrafu 4;

(c) 

l-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal, u l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta', magni li jissodisfaw il-valuri tal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati għal magni bi skop speċjali stabbiliti fl-Anness VI, kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit