+Artikolu 34 7.
|
Artikolu 34 7.
Minkejja l-Artikoli 5(3) u 18(2), fir-rigward tal-magni li tal-kategoriji RLL jew RLR u li tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2011 jew qabel, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni jekk l-awtorità tal-approvazzjoni, wara eżami, tirrikonoxxi u tikkonkudi li l-installazzjoni ta' magna li tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli stabbiliti fit-Tabelli II-7 u II-8 tal-Anness II tkun ser tinvolvi diffikultajiet tekniċi sinifikanti. F'tali każ, il-magni ta' sostituzzjoni għandhom tikkonforma mal-limiti tal-emissjonijiet li kien ikollhom bżonn tissodisfa biex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2011, jew inkella għandhom jikkonformaw ma' limiti tal-emissjonijiet aktar rigorużi. Fir-rigward tal-magni fil-kategoriji RLL u RLR li kienu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni wara l-31 ta' Diċembru 2011, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni li jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni li għandhom jiġu sostitwita kellhom jissodisfaw meta kienu tqiegħdu oriġinarjament fis-suq tal-Unjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|