+Artikolu 35 Eżenzjonijiet għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
---+Artikolu 35 8.
---+Artikolu 35 9.

Artikolu 35 Eżenzjonijiet għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda

Eżenzjonijiet għal teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.
Fabbrikant jista' japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward ta' tip ta' magna jew familja ta' magni li tinkorpora teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda u li, b'riżultat ta' dawk it-teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda, hija inkompatibbli ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 35 2.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-applikazzjoni tgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex it-teknoloġiji ġodda jew il-kunċetti ġodda jagħmlu t-tip ta' magna jew il-familja ta' magni inkompatibbli ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(b) 

l-applikazzjoni tiddeskrivi l-implikazzjonijiet ambjentali tat-teknoloġiji ġodda jew il-kunċetti ġodda u l-miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat livell ta' protezzjoni ambjentali li hu mill-inqas ekwivalenti għal-livell ipprovdut mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li minnhom tintalab eżenzjoni;

(c) 

jiġu ppreżentati deskrizzjonijiet u riżultati ta' testijiet li jservu ta' prova li l-kondizzjoni fil-punt (b) tkun sodisfatta.

Artikolu 35 3.
L-għoti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni.

Fejn ikun xieraq, l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandha tispeċifika jekk hijiex soġġetta għal xi restrizzjonijiet.

L-awtorizzazzjoni għandha tingħata permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

Artikolu 35 4.

Sakemm tittieħed id-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' toħroġ approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja li għandha tkun valida:

(a) 

fit-territorju ta' dak l-Istat Membru biss;

(b) 

fir-rigward ta' tip ta' magna jew familja ta' magni koperta mill-eżenzjoni mitluba biss; u

(c) 

għal mill-inqas 36 xahar.

Fejn tinħareġ approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan mingħajr dewmien, permezz ta' fajl li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

In-natura proviżorja u l-validità territorjali limitata ta' tali approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jidhru fl-intestatura taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u fl-intestatura tad-dikjarazzjoni tal-konformità korrispondenti.

Artikolu 35 5.
Fejn awtorità tal-approvazzjoni tiddeċiedi li taċċetta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja msemmija fil-paragrafu 4 fit-territorju tagħha hija għandha tinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti u lill-Kummissjoni bil-miktub b'dan.
Artikolu 35 6.
Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinnotifika minnufih lid-detentur tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja msemmija fil-paragrafu 4 li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja ser tiġi revokata sitt xhur wara d-data tar-rifjut tal-Kummissjoni.

Minkejja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-magni manifatturati f'konformità mal-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja qabel ma din ma tibqax valida jistgħu jitqiegħdu fis-suq ta' kwalunkwe Stat Membru li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tagħha jkunu aċċettaw l-approvazzjoni tat-tip tal-UE proviżorja.

Artikolu 35 7.
Ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 u fil-paragrafu 5 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati fejn l-informazzjoni rilevanti tkun tqiegħdet fuq l-IMI.
Artikolu 35 8.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).
Artikolu 35 9.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-mudelli armonizzati għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għad-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, inkluża l-informazzjoni essenzjali obbligatorja tagħhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit