+Artikolu 38 Miżuri ta' verifika
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
|
Artikolu 38 Miżuri ta' verifika
Miżuri ta' verifika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
L-awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li, fejn xieraq b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, n-numri ta' identifikazzjoni li jirrigwardaw l-approvazzjoni tat-tip tal-UE jiġu allokati kif suppost lill-fabbrikanti, u użati kif xieraq minnhom, qabel ma l-magna ta' tip approvat titqiegħed jew issir disponibbli fis-suq.
|
|
Artikolu 38 2.
|
Tista' ssir verifika addizzjonali tan-numri ta' identifikazzjoni flimkien mal-kontroll tal-konformità tal-produzzjoni stipulat fl-Artikolu 26.
|
|
Artikolu 38 3.
|
Fir-rigward tal-verifika tan-numri ta' identifikazzjoni, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant tal-fabbrikant għandu, fuq talba, jagħti lill-awtorità tal-approvazzjoni responsabbli, mingħajr dewmien, l-informazzjoni meħtieġa rigward ix-xerrejja tal-fabbrikant, flimkien man-numri ta' identifikazzjoni tal-magni rrapportati bħala li ġew iffabbrikati f'konformità mal-Artikolu 37. Fejn il-magni jkunu magħmula disponibbli għal OEM, m'għandha tkun meħtieġa l-ebda informazzjoni addizzjonali tal-fabbrikant.
|
|
Artikolu 38 4.
|
Jekk, wara talba mill-awtorità tal-approvazzjoni, il-fabbrikant ma jkunx jista' juri konformità mar-rekwiżiti statutorji tal-immarkar, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tirtira l-approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija fir-rigward tat-tip ta' magna jew tal-familja ta' magni korrispondenti. Il-proċedura tal-informazzjoni għandha titwettaq kif stabbilit fl-Artikolu 39(4). L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar dwar kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE li ġiet rtirata u dwar ir-raġunijiet għal dak l-irtirar, skont l-Artikolu 22(5)
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|