+Artikolu 39 Magni mhux konformi mat-tip approvat
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.

Artikolu 39 Magni mhux konformi mat-tip approvat

Magni mhux konformi mat-tip approvat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
Meta l-magni li jkollhom marka statutorja u, fejn applikabbli, akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-konformità ma jkunux f'konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-magni fil-produzzjoni jinġiebu f'konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati. Tali miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jekk l-azzjoni korrettiva meħuda mill-fabbrikant ma tkunx adegwata.

L-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti għandha tinforma lill-awtoritajiet ta' approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li ttieħdu.

Artikolu 39 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-devjazzjonijiet mid-dettalji stabbiliti fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew fil-pakkett ta' informazzjoni, fejn dawk id-devjazzjonijiet ma jkunux ġew awtorizzati f'konformità mal-Kapitolu VI, għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati.
Artikolu 39 3.
Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-magni akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-konformità, jekk applikabbli, jew li jkollhom marka ta' approvazzjoni tat-tip maħruġa fi Stat Membru ieħor ma jkunux f'konformità mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati, hija tista' titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika li l-magni fil-produzzjoni jkomplu jkunu konformi mat-tip ta' magna jew mal-familja ta' magni approvati. Mal-wasla ta' tali talba, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tat-talba.
Artikolu 39 4.
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinformaw lil xulxin fi żmien xahar dwar kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE li ġiet rtirata u dwar ir-raġunijiet għal dak l-irtirar, skont l-Artikolu 22(5).
Artikolu 39 5.
Meta l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE toġġezzjona għan-nonkonformità li dwarha ġiet innotifikata, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu t-tilwima.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha żżomm l-Kummissjoni infurmata b'dan u, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha torganizza konsultazzjonijiet xierqa bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit