+Artikolu 42 Aċċettazzjoni ta' approvazzjonijiet tat-tip għal magni ekwivalenti
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
|
Artikolu 42 Aċċettazzjoni ta' approvazzjonijiet tat-tip għal magni ekwivalenti
Aċċettazzjoni ta' approvazzjonijiet tat-tip għal magni ekwivalenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
L-Unjoni tista', fil-qafas ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, tirrikonoxxi l-ekwivalenza bejn il-kondizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta' magni tal-UE stabbiliti minn dan ir-Regolament u l-proċeduri stabbiliti minn regolamenti internazzjonali jew regolamenti ta' pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 42 2.
|
L-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija u l-marki statutorji li huma f'konformità mar-regolamenti tal-UNECE, jew l-emendi għalihom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li magħhom aderixxiet kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija u l-marki statutorji meħtieġa skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 42 3.
|
L-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija abbażi tal-atti tal-Unjoni elenkati fl-att delegat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandhom jiġu rikonoxxuti li jkunu ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija f'konformità ma' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 42 4.
|
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu:
(a)
il-lista ta' regolamenti tal-UNECE, jew l-emendi għalihom, inkluż kwalunkwe rekwiżit stabbilit fihom b'rabta mal-applikazzjoni tagħhom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li magħhom aderixxiet, u li għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tipi ta' magni u familji ta' magni li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq;
(b)
il-lista ta' atti tal-Unjoni li bis-saħħa tagħhom jingħataw approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, inkluż kwalunkwe rekwiżit stabbilit fihom b'rabta mal-applikazzjoni tagħhom.
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|