+Artikolu 45 Rekwiżiti relatati mas-servizzi tekniċi
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
---+Artikolu 45 7.
---+Artikolu 45 8.
---+Artikolu 45 9.
|
Artikolu 45 Rekwiżiti relatati mas-servizzi tekniċi
Rekwiżiti relatati mas-servizzi tekniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Servizz tekniku għandu jiġi nnominat minn awtorità tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 47 u għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 9 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Servizz tekniku għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u jkollu personalità ġuridika.
|
|
Artikolu 45 3.
|
Is-servizz tekniku għandu jkun korp terz indipendenti mill-proċess tad-disinn, tal-fabbrikazzjoni, tal-provvista jew tal-manutenzjoni tal-magna li huwa jivvaluta. Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, fil-fabbrikazzjoni, fil-forniment, fl-immuntar, fl-installazzjoni, fl-użu jew fil-manutenzjoni tal-magni li huwa jivvaluta, jittestja jew jispezzjona jista', sakemm jintwerew l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' konflitt ta' interess, jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 45 4.
|
Is-servizz tekniku, inkluż it-tmexxija fl-ogħla livell tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku huwa nnominat f'konformità mal-Artikolu 47(1), ma għandux ikun id-disinjatur, il-fabbrikant, il-fornitur, l-installatur jew dak li jagħmel il-manutenzjoni tal-magni li huwa jivvaluta, u ma għandux jirrappreżenta lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Din ir-restrizzjoni ma għandhiex tipprekludi l-użu ta' magni vvalutati msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li huma meħtieġa għall-operat tas-servizz tekniku jew għall-użu ta' tali magni għal skopijiet personali. Is-servizz tekniku għandu jiżgura li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-subkuntratturi tiegħu ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tagħha fir-rigward tal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom huwa ġie nnominat.
|
|
Artikolu 45 5.
|
Is-servizz tekniku għandu jwettaq il-kategoriji ta' attivitajiet, li għalihom tali servizz tekniku jkun ġie nnominat, bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u bil-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u l-persunal tiegħu għandu jkun ħieles minn kwalunkwe pressjoni jew kondizzjonament, b'mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tiegħu, speċjalment dawk il-pressjonijiet jew il-kondizzjonamenti li jirriżultaw minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.
|
|
Artikolu 45 6.
|
Is-servizz tekniku għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnominah li huwa kapaċi jwettaq il-kategoriji kollha ta' attivitajiet li għalihom qed ifittex li jiġi innominat f'konformità mal-Artikolu 47(1), billi jiżgura li jkollu:
(a)
persunal bil-ħiliet xierqa u għarfien tekniku u taħriġ vokazzjonali speċifiku, kif ukoll esperjenza xierqa u suffiċjenti sabiex iwettaq il-kompitu;
(b)
deskrizzjonijiet tal-proċeduri rilevanti għall-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qiegħed ifittex li jiġi nnominat, sabiex b'hekk jiżgura t-trasparenza u r-riproduċibbiltà ta' dawk il-proċeduri;
(c)
proċeduri għat-twettiq tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qiegħed ifittex li jiġi nnominat, li jieħdu kont dovut tal-livell ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-magna inkwistjoni u ta' jekk il-magna hijiex fabbrikata f'konformità mal-proċess ta' produzzjoni tas-serje jew tal-massa; u
(d)
il-mezzi meħtieġa għat-twettiq b'mod xieraq tal-kompiti konnessi mal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom qiegħed ifittex li jiġi nnominat u li huwa jkollu aċċess għat-tagħmir jew għall-faċilitajiet kollha li huma meħtieġa.
|
|
Artikolu 45 7.
|
Is-servizz tekniku, inkluż it-tmexxija fl-ogħla livell tiegħu u l-persunal tal-valutazzjoni, għandhom ikunu imparzjali u ma għandhomx jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe attività li tista' tkun konfliġġenti mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom fir-rigward tal-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku jkun innominat.
|
|
Artikolu 45 8.
|
Is-servizz tekniku għandu jissottoskrivi assigurazzjoni fuq ir-responsabbiltà li tkopri l-attivitajiet tiegħu, sakemm ir-responsabbiltà ma tinġarrx mill-Istat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli mill-valutazzjoni.
|
|
Artikolu 45 9.
|
Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku għandhom ikunu marbutin bis-sigriet professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħtih effett. Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku ma għandhomx ikunu marbutin bl-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina, jew fejn tali kondiviżjoni tkun meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Id-drittijiet proprjetarji għandhom ikunu protetti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|