+Artikolu 49 Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.

Artikolu 49 Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi

Valutazzjoni tal-ħiliet tas-servizzi tekniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1.
L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tħejji rapport ta' valutazzjoni li juri li s-servizz tekniku kandidat kien ivvalutat għall-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu. Ir-rapport ta' valutazzjoni jista' jinkludi ċertifikat ta' akkreditazzjoni maħruġ minn korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali li jafferma li s-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Il-valutazzjoni li fuqha jkun ibbażat ir-rapport ta' valutazzjoni għandha titwettaq f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati f'att delegat imsemmi fl-Artikolu 48.

Artikolu 49 2.
L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tirrevedi r-rapport ta' valutazzjoni tal-anqas darba kull tliet snin.
Artikolu 49 3.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tikkomunika r-rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni fuq talba tal-Kummissjoni. F'tali każijiet, meta l-valutazzjoni ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat tal-akkreditazzjoni maħruġ minn korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali, l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-evidenza dokumentarja li tafferma dan li ġej:

(a) 

il-kompetenza tas-servizz tekniku;

(b) 

l-arranġamenti fis-seħħ biex ikun żgurat li s-servizz tekniku jiġi monitorjat regolarment mill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina; u

(c) 

li s-servizz tekniku jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu.

Artikolu 49 4.
Awtorità tal-approvazzjoni li jkollha l-ħsieb li taġixxi bħala servizz tekniku f'konformità mal-Artikolu 47(2) għandha tiddokumenta l-konformità permezz ta' valutazzjoni mwettqa minn awdituri indipendenti mill-attività vvalutata. Tali awdituri jistgħu jkunu mill-istess organizzazzjoni, sakemm ikunu ġestiti separatament mill-persunal li jwettaq l-attività vvalutata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit