+Artikolu 53 Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.

Artikolu 53 Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi

Obbligi operazzjonali tas-servizzi tekniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1.
Is-servizzi tekniċi għandhom iwettqu l-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikunu ġew innominati f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina u f'konformità mal-proċeduri tal-ittestjar u tal-valutazzjoni previsti f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu.

Is-servizzi tekniċi għandhom jissorveljaw jew inkella jwettqu huma stess it-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew l-ispezzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jew f'wieħed mill-atti delegati jew ta' implimentazzjoni tiegħu, sakemm ma jkunux permessi proċeduri alternattivi.

Is-servizzi tekniċi m'għandhomx iwettqu testijiet, valutazzjonijiet jew spezzjonijiet li ma ġewx nominati għalihom.

Artikolu 53 2.

Is-servizzi tekniċi għandhom f'kull ħin:

(a) 

jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina biex tosservahom fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tagħhom, jekk jitqies xieraq minn dik l-awtorità; u

(b) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 45(9) u għall-Artikolu 54, jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina b'dik l-informazzjoni li tista' tintalab dwar il-kategoriji ta' attivitajiet li huma jwettqu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 53 3.
Meta servizz tekniku jsib li r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament ma ġewx issodisfati minn fabbrikant, huwa għandu jirrapporta dak il-fatt lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina, li, mill-parti tagħha, għandha tobbliga lill-fabbrikant jieħu miżuri korrettivi xierqa.

L-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina m'għandhiex toħroġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE qabel ma l-fabbrikant ikun ħa l-miżuri korrettivi xierqa għas-sodisfazzjon ta' dik l-awtorità tal-approvazzjoni.

Artikolu 53 4.
Meta, matul il-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni wara l-ħruġ ta' ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, servizz tekniku li jaġixxi f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina jsib li tip ta' magna jew familja ta' magni ma għadhiex konformi ma' dan ir-Regolament, huwa għandu jirrapporta dak il-fatt lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tieħu l-miżuri xierqa kif previsti fl-Artikolu 26.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit