|
+Artikolu 57 2. |
Artikolu 57 2.Ksur soġġett għal penali għandu jinkludi:
(a)
dikjarazzjonijiet foloz, b'mod partikolari matul il-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-proċeduri li jwasslu għal sejħa lura jew il-proċeduri relatati mal-eżenzjonijiet;
(b)
il-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet relatati ma' approvazzjoni tat-tip tal-UE jew il-monitoraġġ ta' magni fis-servizz;
(c)
iż-żamma lura ta' data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għas-sejħa lura ta' magni, jew għar-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE;
(d)
l-użu ta' strateġiji ta' invalidazzjoni;
(e)
ir-rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni;
(f)
it-tqegħid fis-suq ta' magni soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE mingħajr approvazzjoni tat-tip tal-UE, jew il-falsifikazzjoni ta' dokumenti jew marki statutorji bl-intenzjoni li jagħmlu dan;
(g)
it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' transizzjoni u l-makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn jiġu installati tali magni bi ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni;
(h)
il-ksur tar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(3) u (4);
(i)
it-tqegħid fis-suq ta' magna modifikata b'tali mod li din ma tibqax f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha;
(j)
l-installazzjoni ta' magna f'makkinarju mobbli mhux tat-triq għal użu differenti mill-użu esklużiv previst fl-Artikolu 4;
(k)
it-tqegħid fis-suq ta' magna bi skop speċjali skont l-Artikolu 34(5) jew (6) għall-użu f'makkinarju mobbli mhux tat-triq għajr dak previst f'dawk il-paragrafi;
(l)
it-tqegħid fis-suq ta' magna skont l-Artikolu 34(7) jew (8) u l-Artikolu 58(9), (10) jew (11) għall-użu f'makkinarju għajr dak previst f'dawk il-paragrafi;
(m)
it-tqegħid fis-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih magni soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE skont dan ir-Regolament huma installati, mingħajr tali approvazzjoni;
(n)
it-tqegħid fis-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq bi ksur ta' xi restrizzjoni dwar makkinarju mobbli mhux tat-triq stipulati fl-Artikoli 34(8). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|