+Artikolu 9 Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.

Artikolu 9 Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud

Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Fil-kontijiet previsti skont l-Artikoli 6(1) u 8(1) relatati mal-prodotti tal-injam maħsud, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bidliet fir-raggruppament tal-karbonju ta’ prodotti tal-injam maħsud li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin bl-użu tal-funzjoni ta’ diżintegrazzjoni tal-ewwel grad, il-metodoloġiji u skont il-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V:

(a) 

karta;

(b) 

panewijiet tal-injam;

(c) 

injam issegat.

Artikolu 9 2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Anness V billi jiżdiedu kategoriji ġodda ta’ prodotti tal-injam maħsud li jkollhom effett ta’ sekwestru tal-karbonju, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, u li tiġi żgurata l-integrità ambjentali.
Artikolu 9 3.
L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-prodotti ta’ materjali bbażati mill-injam, inkluż qxur tas-siġar, li jaqgħu fil-kategoriji eżistenti u ġodda msemmija fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, dment li d-data disponibbli tkun trasparenti u verifikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit