|
+Artikolu 13b 3. |
Artikolu 13b 3.Meta, fil-perjodu mill-2026 sal-2030, ir-riżultat ta' wieħed mill-kalkoli msemmija fil-paragrafu 2 jew tat-tnejn li huma jkun pożittiv, l-Istat Membru għandu jkun intitolat juża l-mekkaniżmu stabbilit f'dan l-Artikolu biex jikkumpensa l-emissjonijiet netti jew l-assorbimenti netti, jew it-tnejn, ikkontabbilizzati bħala emissjonijiet kontra l-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(3) jew kontra l-baġit stabbilit għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 4(4), jew it-tnejn, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru jkun inkluda fil-pjan nazzjonali integrat aġġornat tiegħu għall-enerġija u l-klima ppreżentat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 miżuri speċifiċi kontinwi jew ippjanati biex jiżgura l-konservazzjoni jew it-titjib, kif xieraq, tal-bjar u r-riżervi kollha tal-art, u biex inaqqas il-vulnerabbiltà tal-art għad-disturbi naturali;
(b)
l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltà disponibbli skont l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament;
(c)
id-differenza fl-Unjoni bejn is-somma annwali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti kollha ta' gassijiet serra fit-territorju tagħha u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), u l-mira tal-Unjoni ta' assorbimenti netti ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 tkun negattiva, fl-2030. Meta jiġi vvalutat jekk, fi ħdan l-Unjoni, il-kundizzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu ġietx issodisfata, il-Kummissjoni għandha tinkludi sa 30 %, iżda mhux aktar minn 20 Mt ta' ekwivalenti ta' CO2, taż-żieda mhux użata tal-impenji tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1) mill-perjodu mill-2021 sal-2025, dment li Stat Membru wieħed jew aktar jippreżentaw evidenza lill-Kummissjoni dwar l-impatt tad-disturbi naturali f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi evitat l-għadd doppju mill-Istati Membri, b'mod partikolari fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2018/842. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|