+Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
|
Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega
Eżerċizzju tad-delega
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 5(6), 8(8) u (9), 9(2), 10(3) u 15(1) għal perijodu ta’ ħames snin mid-9 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 3(2), 5(6), 8(8) u (9), 9(2), 10(3) u 15(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Qabel l-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
|
|
Artikolu 16 5.
|
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 16 6.
|
Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 5(6), 8(8) u (9), 9(2), 10(3) u 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|