|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt rieżami b'kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, ta’:
(a)
l-iżviluppi internazzjonali;
(b)
l-isforzi li jkunu saru biex jintlaħqu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi; u
(c)
il-liġi tal-Unjoni, inkluż dwar ir-restawr tan-natura. Abbażi tas-sejbiet tar-rapport ippreparat skont l-Artikolu 14(3) u r-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 13(2), il-punt (b), jew abbażi tal-verifika mwettqa skont l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposti biex tiżgura li l-integrità tal-mira ġenerali tal-Unjoni tal-2030 għall-assorbimenti netti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbilita f'konformità mal-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament u l-kontribut tal-mira għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi jiġu rispettati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|