|
+Artikolu 18 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013 |
Artikolu 18 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013Artikolu 18 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013 Ir-Regolament (UE)Nru 525/2013 huwa emendat kif ġej:
(1)
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(a)
jiddaħħal il-punt li ġej:
“(da)
mill-2023, l-emissjonijiet u l-assorbimenti koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) skont il-metodoloġiji speċifikati fl-Anness IIIa għal dan ir-Regolament;
(b)
jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Stat Membru jista’ jitlob li jingħata deroga mill-Kummissjoni mill-punt (da) tal-ewwel subparagrafu biex japplika metodoloġija differenti minn dik speċifikata fl-Anness IIIa fejn it-titjib tal-metodoloġija meħtieġ ma jistax jinkiseb fil-ħin biex jitqies it-titjib fl-inventarji tal-gassijiet serra għall-perijodu mill-2021 sal-2030, jew fejn l-ispiża tat-titjib tal-metodoloġija jkun għoli b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-applikazzjoni ta’ tali metodoloġija biex tittejjeb il-kontabbiltà għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba l-importanza baxxa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mir-raggruppamenti ta’ karbonju konċernati. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn din id-deroga għandhom jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, fejn jindikaw sa meta it-titjib tal-metodoloġija jista’ jiġi implimentat, il-metodoloġija alternattiva proposta jew it-tnejn, u valutazzjoni tal-impatti potenzjali fuq l-eżattezza tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tista’ titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f’perijodu ta’ żmien raġonevoli speċifiku. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba hija ġustifikata, għandha tagħti d-deroga. Jekk il-Kummissjoni tiċħad it-talba, hija għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.”.
(2)
Fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(viii)
mill-2023, informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali implimentati biex jintlaħqu l-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/841 u informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew li jtejbu bjar lil hinn mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament;”.
(3)
Fl-Artikolu 14(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(ba)
mill-2023, projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra totali u stimi separati għall-emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra previsti koperti mir-Regolament (UE) 2018/841”.
(4)
Jiddaħħal l-Anness li ġej:
“ANNESS IIIA Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar imsemmija fil-punt (da) tal-Artikolu 7(1) Approċċ 3: Data ta’ konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006. Il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006. Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minn raggruppament ta’ karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f’kategorija ta’ sors jew bir li hija prijoritizzata fi ħdan sistema ta’ inventarju nazzjonali ta’ Stat Membru peress li l-istima tiegħu għandha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju ta’ gassijiet serra totali ta’ pajjiż f’termini tal-livell assolut ta’ emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006. L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3, skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.”. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|