+Artikolu 16 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Artikolu 16 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Artikolu 16

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) 

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa) 

mill-2023, l-emissjonijiet antropoġeniċi tagħhom ta’ gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ) għas-sena X-2, skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-UNFCCC;

(b) 

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fir-rapporti tagħhom, l-Istati Membri għandhom ta’ kull sena jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe intenzjoni li jużaw il-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/842, kif ukoll dwar l-użu tad-dħul skont l-Artikolu 5(6) ta’ dak ir-Regolament. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi dik l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament.”;

(2) 

fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(ix) 

mill-2023, informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali implimentati biex jintlaħqu l-impenji tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842 u informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati maħsuba bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra lil hinn mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament;”;

(3) 

fl- Artikolu 14(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(f) 

mill-2023, projezzjonijiet totali ta’ gassijiet serra u stimi separati għall-emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra għall-fonti tal-emissjonijiet koperti -mir-Regolament (UE) 2018/842 u mid-Direttiva 2003/87/KE.”;

(4) 

fl-Artikolu 21(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(c) 

l-obbligi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/842. L-evalwazzjoni għandha tqis il-progress fil-politiki u l-miżuri tal-Unjoni u informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress projettat tal-Unjoni lejn l-implimentazzjoni tal-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali lejn il-Ftehim ta’ Pariġi li jħaddan l-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha u l-progress projettat tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dak ir-Regolament.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit