+Artikolu 8 Talbiet għal informazzjoni u dokumentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8 11.
---+Artikolu 8 12.
---+Artikolu 8 13.
|
Artikolu 8 Talbiet għal informazzjoni u dokumentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Jekk in-notifika tkun meqjusa li ma saritx kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5), l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha titlob l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur f’konformità mal-Artikolu 5(3) u, meta applikabbli, mal-Artikolu 5(4).
|
|
Artikolu 8 2.
|
It-talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa lin-notifikatur mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni tan-notifika.
|
|
Artikolu 8 3.
|
In-notifikatur għandu jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara t-talba mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ. Jekk tintalab min-notifikatur, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista’ testendi dik l-iskadenza bi żmien raġonevoli jekk in-notifikatur jipprovdi spjegazzjoni motivata għalfejn tali estensjoni hija meħtieġa biex ikun jista’ jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Meta, wara li tkun għaddiet id-data tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tibqa’ tqis li n-notifika ma tkunx twettqet kif suppost kif imsemmi fl-Artikolu 5(5), jew l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni addizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 5(4) ikunu għadhom meħtieġa, tista’ mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara li tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, tagħmel sa żewġ talbiet oħra għal informazzjoni u dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 2. Il-paragrafu 3 għandu japplika għal kwalunkwe talba bħal din mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 8 5.
|
L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tista’ tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma tiġix aktar ipproċessata, jekk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti ma jkunux suffiċjenti jew meta l-ebda informazzjoni ma tkun ġiet ipprovduta min-notifikatur, fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, jew meta l-ewwel talba skont il-paragrafu 4 tkun saret, fi żmien l-iskadenza msemmija f’dak il-paragrafu. L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma għandhiex tiġi pproċessata aktar, jekk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti mat-talba finali li tkun saret f’konformità mal-paragrafu 4, ma jkunux suffiċjenti jew meta ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni min-notifikatur, fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4. L-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha skont dan il-paragrafu mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara li tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, jew, meta applikabbli, fil-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 8 6.
|
Meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ tqis li n-notifika tkun twettqet kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5), hija għandha, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara s-sottomissjoni tan-notifika li tkun saret kif suppost, jew fi żmien sebat ijiem tax-xogħol minn meta tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 3, jew, meta applikabbli, fil-paragrafu 4, tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra b’dan.
|
|
Artikolu 8 7.
|
Meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu tqis li hija meħtieġa informazzjoni u dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(3) jew informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 5(4), hija għandha, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara li tirċievi l-informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 6, titlob dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn b’dik it-talba.
|
|
Artikolu 8 8.
|
In-notifikatur għandu jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol wara t-talba mingħand l-awtorità kompetenti kkonċernata. Jekk ikun hemm talba mingħand in-notifikatur, l-awtorità kompetenti kkonċernata tista’ testendi l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu bi żmien raġonevoli, jekk in-notifikatur jipprovdi spjegazzjoni motivata għalfejn tali estensjoni hija meħtieġa biex ikun jista’ jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba.
|
|
Artikolu 8 9.
|
Meta l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu tqis li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni skont l-Artikolu 5(3) jew informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali skont fl-Artikolu 5(4) ikunu għadhom meħtieġa, l-awtorità kompetenti kkonċernata tista’ mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara li tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8, tagħmel sa żewġ talbiet oħra għal informazzjoni u dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur f’konformità mal-paragrafu 7. Għandu japplika il-paragrafu 8 mutatis mutandis għal kwalunkwe talba bħal din.
|
|
Artikolu 8 10.
|
L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu tista’ tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma tiġix aktar ipproċessata jekk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti ma jkunux suffiċjenti jew meta l-ebda informazzjoni ma tkun ġiet ipprovduta mingħand in-notifikatur, fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8, jew, meta l-ewwel talba skont il-paragrafu 9 tkun saret, fi żmien l-iskadenza msemmija f’dak il-paragrafu. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu għandha tiddeċiedi li n-notifika mhijiex valida u ma tiġix ipproċessata aktar, jekk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti mat-talba finali li tkun saret f’konformità mal-paragrafu 8, ma jkunux suffiċjenti jew meta ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni mingħand in-notifikatur, fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu għandha tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha skont dan il-paragrafu, mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn sebat ijiem tax-xogħol wara li tkun skadiet l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8, jew, meta applikabbli, fil-paragrafu 9.
|
|
Artikolu 8 11.
|
L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu għandha tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati li hija sodisfatta bin-notifika mwettqa kif suppost mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li tirċievi l-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 6 jew li hija sodisfatta bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba jkunu ġew ipprovduti min-notifikatur skont il-paragrafu 8 u, meta rilevanti, il-paragrafu 9.
|
|
Artikolu 8 12.
|
Meta n-notifika tkun kompluta kif suppost, kif imsemmi fl-Artikolu 5(6), filwaqt li tqis l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 11, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tinforma minnufih lin-notifikatur u lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu kkonċernata.
|
|
Artikolu 8 13.
|
Meta, fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-jum wara s-sottomissjoni tan-notifika jew minn meta l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni jkunu ġew ipprovduti f’konformità mal-paragrafu 3 jew 4, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma tkunx aġixxiet f’konformità mal-paragrafu 1, 5 jew 6, hija għandha tipprovdi lin-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba. Meta, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tkun skadiet l-uskadenza msemmija fil-paragrafu 7, jew minn meta l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni jkunu ġew ipprovduti f’konformità mal-paragrafu 8 jew 9, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni jew kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu ma tkunx aġixxiet f’konformità mal-paragrafu 7 jew mal-paragrafi 9, 10, 11 jew 12, hija għandha tipprovdi lin-notifikatur bi spjegazzjoni motivata fuq talba.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|