+Artikolu 10 Kundizzjonijiet biex jingħata kunsens għal vjeġġ
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
|
Artikolu 10 Kundizzjonijiet biex jingħata kunsens għal vjeġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-kunsens tagħhom għal vjeġġ innotifikat. Tali kundizzjonijiet għandhom ikunu debitament motivati u jistgħu jkunu bbażati fuq waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 11 jew mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 12.
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jistgħu wkoll, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jistabbilixxu l-kundizzjonijiet fir-rigward tat-trasport ta’ skart fi ħdan il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tagħhom. Tali kundizzjonijiet tat-trasport ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-rigward tat-trasport tal-iskart li jseħħ kompletament fil-ġuriżdizzjoni nazzjonali tagħhom u għandhom jieħdu kont debitu tal-ftehimiet eżistenti, b’mod partikolari l-ftehimiet internazzjonali rilevanti.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jistgħu wkoll, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), jistabbilixxu kundizzjoni li l-kunsens tagħhom għandu jitqies bħala rtirat jekk il-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti ma tkunx applikabbli mhux aktar tard minn meta jiġi komplut id-dokument ta’ moviment skont l-Artikolu 16(2), kif meħtieġ mill-Artikolu 7(3).
|
|
Artikolu 10 4.
|
Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati fid-dokument ta’ notifika, jew jiġu annessi miegħu, mill-awtorità kompetenti li tistabbilihom.
|
|
Artikolu 10 5.
|
L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tista’ wkoll, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), tistabbilixxi kundizzjoni li l-faċilità li tirċievi l-iskart għandha żżomm rekord regolari ta’ inputs, outputs u/jew bilanċi għall-iskart, kif ukoll l-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi relatati kif speċifikati fin-notifika, u għall-perjodu ta’ validità tan-notifika. Tali rekords għandhom jiġu ffirmati minn persuna legalment responsabbli għall-faċilità u għandhom jiġu sottomessi lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fi żmien xahar mit-tlestija tal-operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi nnotifikata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|