+Artikolu 11 Kundizzjonijiet għal vjeġġi ta’ skart destinat għar-rimi
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
|
Artikolu 11 Kundizzjonijiet għal vjeġġi ta’ skart destinat għar-rimi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Meta tiġi sottomessa notifika dwar vjeġġ destinat għar-rimi f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma għandhomx jagħtu l-kunsens tagħhom għal dak il-vjeġġ, fil-limitu ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
in-notifikatur juri li:
(i)
l-iskart ma jistax jiġi rkuprat b’mod teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli, jew irid jintrema minħabba obbligi legali skont id-dritt tal-Unjoni jew dak internazzjonali;
(ii)
l-iskart ma jistax jintrema b’mod teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli fil-pajjiż fejn ġie ġġenerat;
(iii)
il-vjeġġ jew ir-rimi ppjanat huwa f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u l-prinċipji ta’ prossimità u ta’ awtosuffiċjenza kif stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE u l-iskart relatat huwa mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 59;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew id-destinatarju nstab ħati li wettaq vjeġġ illegali jew kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem fil-ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika;
(c)
l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew il-faċilità jkunu fil-ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika, naqsu ripetutament milli jikkonformaw mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi preċedenti;
(d)
l-Istat Membru tad-destinazzjoni ma eżerċitax id-dritt tiegħu skont l-Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni ta’ Basilea li jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ skart perikoluż jew ta’ skart elenkat fl-Anness II ta’ dik il-Konvenzjoni;
(e)
il-vjeġġ u l-irkupru ppjanati huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent, l-ordni pubbliku, is-sikurezza pubblika jew il-ħarsien tas-saħħa fl-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità kompetenti;
(f)
il-vjeġġ jew ir-rimi ppjanati ma jmorrux kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru kkonċernat jew mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-Unjoni;
(g)
l-iskart ikun se jiġi ttrattat f’konformità ma’ standards ta’ ħarsien tal-ambjent legalment vinkolanti fir-rigward ta’ rimi skont id-dritt tal-Unjoni jew stabbiliti fi pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart imfassla skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE, u, jekk il-faċilità tkun koperta mid-Direttiva 2010/75/UE, din għandha tapplika l-aħjar tekniki disponibbli kif definit fl-Artikolu 3(10) ta’ dik id-Direttiva f’konformità mal-permess tal-faċilità;
(h)
l-iskart la huwa skart muniċipali mħallat miġbur mingħand unitajiet domestiċi privati jew mingħand produtturi tal-iskart oħrajn, jew mingħand it-tnejn li huma, u lanqas ma huwa skart muniċipali mħallat li ġie soġġett għal operazzjoni ta’ trattament tal-iskart li ma biddlitx sostanzjalment il-proprjetajiet tiegħu.
|
|
Artikolu 11 2.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), meta n-notifikatur juri li l-iskart ikkonċernat huwa prodott fi Stat Membru tad-dispaċċ fi kwantità totali tant żgħira fis-sena li l-forniment ta’ faċilitajiet speċjalizzati ġodda tar-rimi f’dak l-Istat Membru ma jkunx ekonomikament vijabbli, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a)(ii) u (iii), ma għandhomx japplikaw.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Meta awtorità kompetenti tat-tranżitu tagħti l-kunsens lil vjeġġ f’konformità mal-Artikolu 9(1) il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c), (e) u (f), ta’ dan l-Artikolu biss għandhom jiġu kkunsidrati.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Informazzjoni dwar il-kunsensi mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1 għandha ssir referenza għaliha fir-rapport f’konformità mal-Artikolu 73. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kollha dwar tali kunsensi meħuda fis-sena kalendarja preċedenti.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi kriterji dettaljati għall-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (a), biex tispeċifika kif il-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika msemmija fil-punti (a)(i) u (ii) ta’ dak il-paragrafu għandhom jintwerew min-notifikaturi u jiġu vvalutati mill-awtoritajiet kompetenti. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġu adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|