+Artikolu 11 1.

Artikolu 11 1.

Meta tiġi sottomessa notifika dwar vjeġġ destinat għar-rimi f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni ma għandhomx jagħtu l-kunsens tagħhom għal dak il-vjeġġ, fil-limitu ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

in-notifikatur juri li:

(i) 

l-iskart ma jistax jiġi rkuprat b’mod teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli, jew irid jintrema minħabba obbligi legali skont id-dritt tal-Unjoni jew dak internazzjonali;

(ii) 

l-iskart ma jistax jintrema b’mod teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli fil-pajjiż fejn ġie ġġenerat;

(iii) 

il-vjeġġ jew ir-rimi ppjanat huwa f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u l-prinċipji ta’ prossimità u ta’ awtosuffiċjenza kif stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE u l-iskart relatat huwa mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 59;

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew id-destinatarju nstab ħati li wettaq vjeġġ illegali jew kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem fil-ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew il-faċilità jkunu fil-ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika, naqsu ripetutament milli jikkonformaw mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi preċedenti;

(d) 

l-Istat Membru tad-destinazzjoni ma eżerċitax id-dritt tiegħu skont l-Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni ta’ Basilea li jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ skart perikoluż jew ta’ skart elenkat fl-Anness II ta’ dik il-Konvenzjoni;

(e) 

il-vjeġġ u l-irkupru ppjanati huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent, l-ordni pubbliku, is-sikurezza pubblika jew il-ħarsien tas-saħħa fl-Istat Membru fejn tinsab l-awtorità kompetenti;

(f) 

il-vjeġġ jew ir-rimi ppjanati ma jmorrux kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru kkonċernat jew mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-Unjoni;

(g) 

l-iskart ikun se jiġi ttrattat f’konformità ma’ standards ta’ ħarsien tal-ambjent legalment vinkolanti fir-rigward ta’ rimi skont id-dritt tal-Unjoni jew stabbiliti fi pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart imfassla skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE, u, jekk il-faċilità tkun koperta mid-Direttiva 2010/75/UE, din għandha tapplika l-aħjar tekniki disponibbli kif definit fl-Artikolu 3(10) ta’ dik id-Direttiva f’konformità mal-permess tal-faċilità;

(h) 

l-iskart la huwa skart muniċipali mħallat miġbur mingħand unitajiet domestiċi privati jew mingħand produtturi tal-iskart oħrajn, jew mingħand it-tnejn li huma, u lanqas ma huwa skart muniċipali mħallat li ġie soġġett għal operazzjoni ta’ trattament tal-iskart li ma biddlitx sostanzjalment il-proprjetajiet tiegħu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit