|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Meta tiġi sottomessa notifika rigward vjeġġ ta’ skart destinat għall-irkupru f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), iressqu oġġezzjonijiet motivati abbażi ta’ waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
(a)
il-vjeġġ jew l-irkupru ma jkunux f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE;
(b)
l-iskart ikkonċernat ma jkunx se jiġi ttrattat f’konformità mal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart jew mal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart imfassla mill-pajjiżi tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni, rispettivament, skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(c)
il-vjeġġ jew l-irkupru ma jkunux f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent, l-ordni pubbliku, is-sikurezza pubblika jew il-ħarsien tas-saħħa fir-rigward ta’ azzjonijiet imwettqa fil-pajjiż tal-awtorità kompetenti li toġġezzjona;
(d)
il-vjeġġ jew l-irkupru ma jkunux f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ b’rabta mal-irkupru tal-iskart u mal-irkupru jew mar-rimi ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat, inkluż meta l-vjeġġ jikkonċerna skart destinat għall-irkupru f’faċilità li jkollha standards ta’ trattament għall-iskart partikolari li jkunu aktar baxxi minn dawk tal-pajjiż tad-dispaċċ, bir-rispett dovut lejn il-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern, sakemm:
(i)
ma jkunx hemm leġislazzjoni tal-Unjoni korrispondenti, b’mod partikolari relatati mal-iskart, u rekwiżiti li huma, mill-inqas, stretti daqs dawk stabbiliti f’tali leġislazzjoni tal-Unjoni li jkunu ġew introdotti fid-dritt nazzjonali li jittrasponi tali leġislazzjoni tal-Unjoni;
(ii)
l-irkupru u l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat fil-pajjiż tad-destinazzjoni ma jsirux taħt kundizzjonijiet li jitqiesu ekwivalenti għal dawk preskritti fil-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ;
(iii)
il-leġislazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ, għajr dak kopert mill-punt (i), ma jkunx ġie nnotifikat f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), meta meħtieġ minn dik id-Direttiva;
(e)
il-limitazzjoni tal-vjeġġi li jkunu deħlin ta’ skart destinat għall-operazzjonijiet ta’ rkupru għajr ir-riċiklaġġ u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid hija meħtieġa għal Stat Membru sabiex jipproteġi n-network tal-immaniġġjar tal-iskart tiegħu, meta jkun mistenni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tali vjeġġi jwasslu biex l-i ►C1 skart fil-livell nazzjonali ◄ jkollu jintrema jew jiġi ttrattat b’mod li ma jkunx konsistenti mal-pjanijiet tiegħu għall-immaniġġjar tal-iskart;
(f)
l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew id-destinatarju jkun ġie misjub ħati li wettaq vjeġġ illegali jew kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem fil- ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika;
(g)
l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew il-faċilità, fil- ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika, ripetutament ikunu naqsu milli jikkonformaw mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi preċedenti;
(h)
il-vjeġġ jew l-irkupru jmorru kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-Unjoni;
(i)
il-proporzjon tal-iskart rekuperabbli u mhux rekuperabbli, il-valur stmat tal-materjali li finalment għandhom jiġu rkuprati jew l-ispiża tal-irkupru u l-ispejjeż tar-rimi tal-frazzjoni mhux rekuperabbli tal-iskart ma jiġġustifikawx l-irkupru, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jew ambjentali;
(j)
l-iskart ikun destinat għar-rimi u mhux għall-irkupru;
(k)
l-iskart ma jkunx se jiġi ttrattat f’konformità mal-istandards ta’ ħarsien tal-ambjent legalment vinkolanti b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ rkupru, jew mal-obbligi ta’ rkupru jew riċiklaġġ stabbiliti fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, jew inkella l-iskart jiġi ttrattat f’faċilità li hija koperta mid-Direttiva 2010/75/UE, iżda li ma tapplikax l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 3(10) ta’ dik id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|