+Artikolu 12 Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta’ skart destinat għall-irkupru
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.

Artikolu 12 Oġġezzjonijiet għal vjeġġi ta’ skart destinat għall-irkupru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.

Meta tiġi sottomessa notifika rigward vjeġġ ta’ skart destinat għall-irkupru f’konformità mal-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tad-dispaċċ jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9(1), iressqu oġġezzjonijiet motivati abbażi ta’ waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) 

il-vjeġġ jew l-irkupru ma jkunux f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE;

(b) 

l-iskart ikkonċernat ma jkunx se jiġi ttrattat f’konformità mal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart jew mal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart imfassla mill-pajjiżi tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni, rispettivament, skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(c) 

il-vjeġġ jew l-irkupru ma jkunux f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent, l-ordni pubbliku, is-sikurezza pubblika jew il-ħarsien tas-saħħa fir-rigward ta’ azzjonijiet imwettqa fil-pajjiż tal-awtorità kompetenti li toġġezzjona;

(d) 

il-vjeġġ jew l-irkupru ma jkunux f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ b’rabta mal-irkupru tal-iskart u mal-irkupru jew mar-rimi ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat, inkluż meta l-vjeġġ jikkonċerna skart destinat għall-irkupru f’faċilità li jkollha standards ta’ trattament għall-iskart partikolari li jkunu aktar baxxi minn dawk tal-pajjiż tad-dispaċċ, bir-rispett dovut lejn il-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern, sakemm:

(i) 

ma jkunx hemm leġislazzjoni tal-Unjoni korrispondenti, b’mod partikolari relatati mal-iskart, u rekwiżiti li huma, mill-inqas, stretti daqs dawk stabbiliti f’tali leġislazzjoni tal-Unjoni li jkunu ġew introdotti fid-dritt nazzjonali li jittrasponi tali leġislazzjoni tal-Unjoni;

(ii) 

l-irkupru u l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat fil-pajjiż tad-destinazzjoni ma jsirux taħt kundizzjonijiet li jitqiesu ekwivalenti għal dawk preskritti fil-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ;

(iii) 

il-leġislazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-dispaċċ, għajr dak kopert mill-punt (i), ma jkunx ġie nnotifikat f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), meta meħtieġ minn dik id-Direttiva;

(e) 

il-limitazzjoni tal-vjeġġi li jkunu deħlin ta’ skart destinat għall-operazzjonijiet ta’ rkupru għajr ir-riċiklaġġ u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid hija meħtieġa għal Stat Membru sabiex jipproteġi n-network tal-immaniġġjar tal-iskart tiegħu, meta jkun mistenni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tali vjeġġi jwasslu biex l-i ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄ jkollu jintrema jew jiġi ttrattat b’mod li ma jkunx konsistenti mal-pjanijiet tiegħu għall-immaniġġjar tal-iskart;

(f) 

l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew id-destinatarju jkun ġie misjub ħati li wettaq vjeġġ illegali jew kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem fil- ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika;

(g) 

l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jkollhomx informazzjoni li n-notifikatur jew il-faċilità, fil- ħames snin qabel is-sottomissjoni tan-notifika, ripetutament ikunu naqsu milli jikkonformaw mal-Artikoli 15 u 16 b’rabta ma’ vjeġġi preċedenti;

(h) 

il-vjeġġ jew l-irkupru jmorru kontra l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali konklużi mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-Unjoni;

(i) 

il-proporzjon tal-iskart rekuperabbli u mhux rekuperabbli, il-valur stmat tal-materjali li finalment għandhom jiġu rkuprati jew l-ispiża tal-irkupru u l-ispejjeż tar-rimi tal-frazzjoni mhux rekuperabbli tal-iskart ma jiġġustifikawx l-irkupru, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jew ambjentali;

(j) 

l-iskart ikun destinat għar-rimi u mhux għall-irkupru;

(k) 

l-iskart ma jkunx se jiġi ttrattat f’konformità mal-istandards ta’ ħarsien tal-ambjent legalment vinkolanti b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ rkupru, jew mal-obbligi ta’ rkupru jew riċiklaġġ stabbiliti fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, jew inkella l-iskart jiġi ttrattat f’faċilità li hija koperta mid-Direttiva 2010/75/UE, iżda li ma tapplikax l-aħjar tekniki disponibbli kif definiti fl-Artikolu 3(10) ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 12 2.
L-awtoritajiet kompetenti tat-tranżitu jistgħu, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, iressqu oġġezzjonijiet motivati għall-vjeġġ ta’ skart destinat għall-irkupru. Kwalunkwe tali oġġezzjoni għandha tkun ibbażata biss fuq ir-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (c), (f), (g) u (h).
Artikolu 12 3.
Meta, fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-problemi li wasslu għall-oġġezzjonijiet tagħhom ġew solvuti, huma għandhom jinfurmaw minnufih lin-notifikatur b’dan.
Artikolu 12 4.
Meta l-problemi li wasslu għall-oġġezzjonijiet ma jiġux solvuti fil-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum imsemmi fil-paragrafu 1, in-notifika tal-vjeġġ ta’ skart destinat għall-irkupru ma għandhiex tibqa’ valida. Fil-każijiet meta n-notifikatur jibqa’ bil-ħsieb li jagħmel il-vjeġġ, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha ma jkunux ftiehmu mod ieħor.
Artikolu 12 5.
L-oġġezzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet kompetenti għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (d) u (e), ta’ dan l-Artikolu u r-raġunijiet għal dawk l-oġġezzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 73.
Artikolu 12 6.
F’konformità mal-Artikolu 9(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lin-notifikatur bir-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tagħhom għal vjeġġ.
Artikolu 12 7.
L-Istati Membri tad-dispaċċ għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-leġislazzjoni nazzjonali li fuqha jistgħu jkunu bbażati l-oġġezzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (d), u għandhom jiddikjaraw għal liema skart u operazzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll l-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat japplikaw dawk l-oġġezzjonijiet, qabel ma tali leġislazzjoni nazzjonali tiġi invokata bħala raġunijiet għall-oġġezzjonijiet motivati.

L-Istati Membri tad-destinazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar deċiżjonijiet jew il-leġislazzjoni nazzjonali li fuqhom jistgħu jkunu bbażati l-oġġezzjonijiet imressqa mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (e), u għandhom jiddikjaraw għal liema skart u operazzjonijiet ta’ rkupru japplikaw dawk l-oġġezzjonijiet, qabel ma tali deċiżjonijiet jew leġislazzjoni nazzjonali jiġu invokati bħala raġunijiet għall-oġġezzjonijiet motivati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit