+Artikolu 14 2.

Artikolu 14 2.

It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-indirizz tal-faċilità ta’ rkupru;

(b) 

kopji ta’ permessi maħruġa lill-faċilità ta’ rkupru biex jitwettaq it-trattament tal-iskart skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE, kif ukoll, meta rilevanti, standards jew ċertifikazzjonijiet li magħhom tikkonforma l-faċilità;

(c) 

deskrizzjoni tat-teknoloġija użata biex jiġi żgurat irkupru ta’ skart fil-faċilità ta’ rkupru li jħares l-ambjent, li għaliha jintalab il-kunsens minn qabel, inkluża teknoloġija ddisinjata biex tiffranka l-enerġija jew tillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra marbuta mal-attivitajiet tal-faċilità;

(d) 

il-kodiċi jew il-kodiċijiet R kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE għall-operazzjoni jew għall-operazzjonijiet ta’ rkupru li għalihom jintalab il-kunsens minn qabel;

(e) 

id-deżinjazzjoni u l-kompożizzjoni tal-iskart, il-karatteristiċi fiżiċi u l-kodiċi jew il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-iskart għal skart li għalih jintalab il-kunsens minn qabel, kif elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(f) 

il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ skart li għalih jintalab il-kunsens minn qabel, meta mqabbla mal-kapaċità ta’ trattament li għaliha l-faċilità jkollha permess li twettaq trattament tal-iskart skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(g) 

il-kwantità ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart b’rabta mal-kwantità ta’ materjal irkuprat, u l-metodu ppjanat ta’ rkupru jew ta’ rimi għall-iskart residwu;

(h) 

rekords tal-attivitajiet tal-faċilità marbuta mal-irkupru tal-iskart, li jkopru b’mod partikolari l-kwantità u t-tipi ta’ skart ittrattat fl-aħħar tliet snin, meta rilevanti;

(i) 

evidenza jew attestazzjoni li l-persuna ġuridika jew fiżika li tippossjedi jew teżerċita kontroll fuq il-faċilità ma tkunx instabet ħatja li wettqet vjeġġ illegali jew kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-immaniġġjar tal-iskart fil-ħames snin qabel it-talba, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit