+Artikolu 14 Faċilitajiet ta’ rkupru li jingħataw kunsens minn qabel
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.
---+Artikolu 14 11.
---+Artikolu 14 12.
---+Artikolu 14 13.
---+Artikolu 14 14.
---+Artikolu 14 15.
---+Artikolu 14 16.
|
Artikolu 14 Faċilitajiet ta’ rkupru li jingħataw kunsens minn qabel
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Persuna fiżika jew ġuridika li tippossjedi jew teżerċita kontroll fuq faċilità ta’ rkupru tista’ tissottometti talba, sabiex dik il-faċilità tingħata kunsens minn qabel, lill-awtorità kompetenti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-faċilità, kif iddeżinjata skont l-Artikolu 75. Il-faċilitajiet li jwettqu biss l-operazzjoni R13 ma għandhomx ikunu eliġibbli biex jissottomettu talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 14 2.
|
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-indirizz tal-faċilità ta’ rkupru;
(b)
kopji ta’ permessi maħruġa lill-faċilità ta’ rkupru biex jitwettaq it-trattament tal-iskart skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE, kif ukoll, meta rilevanti, standards jew ċertifikazzjonijiet li magħhom tikkonforma l-faċilità;
(c)
deskrizzjoni tat-teknoloġija użata biex jiġi żgurat irkupru ta’ skart fil-faċilità ta’ rkupru li jħares l-ambjent, li għaliha jintalab il-kunsens minn qabel, inkluża teknoloġija ddisinjata biex tiffranka l-enerġija jew tillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra marbuta mal-attivitajiet tal-faċilità;
(d)
il-kodiċi jew il-kodiċijiet R kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE għall-operazzjoni jew għall-operazzjonijiet ta’ rkupru li għalihom jintalab il-kunsens minn qabel;
(e)
id-deżinjazzjoni u l-kompożizzjoni tal-iskart, il-karatteristiċi fiżiċi u l-kodiċi jew il-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-iskart għal skart li għalih jintalab il-kunsens minn qabel, kif elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(f)
il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ skart li għalih jintalab il-kunsens minn qabel, meta mqabbla mal-kapaċità ta’ trattament li għaliha l-faċilità jkollha permess li twettaq trattament tal-iskart skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(g)
il-kwantità ta’ skart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart b’rabta mal-kwantità ta’ materjal irkuprat, u l-metodu ppjanat ta’ rkupru jew ta’ rimi għall-iskart residwu;
(h)
rekords tal-attivitajiet tal-faċilità marbuta mal-irkupru tal-iskart, li jkopru b’mod partikolari l-kwantità u t-tipi ta’ skart ittrattat fl-aħħar tliet snin, meta rilevanti;
(i)
evidenza jew attestazzjoni li l-persuna ġuridika jew fiżika li tippossjedi jew teżerċita kontroll fuq il-faċilità ma tkunx instabet ħatja li wettqet vjeġġ illegali jew kwalunkwe att illegali ieħor b’rabta mal-immaniġġjar tal-iskart fil-ħames snin qabel it-talba, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħarsien tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 80 biex temenda l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fit-talba.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Il-proċedura msemmija fil-paragrafi 5 sa 10 ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għall-kunsens minn qabel ta’ faċilità li għaliha tkun ġiet sottomessa talba f’konformità mal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 14 5.
|
L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien 55 jum wara d-data tal-wasla ta’ talba sottomessa skont il-paragrafu 1 u li jkun fiha l-informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2, tivvaluta t-talba u tiddeċiedi jekk tapprovahiex.
|
|
Artikolu 14 6.
|
Meta l-persuna ġuridika jew fiżika msemmija fil-paragrafu 1 tkun ipprovdiet l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tapprova t-talba u toħroġ kunsens minn qabel għall-faċilità kkonċernata. Il-kunsens minn qabel jista’ jinkludi kundizzjonijiet relatati mad-durata tal-kunsens minn qabel, it-tipi u l-kwantitajiet ta’ skart koperti mill-kunsens minn qabel, it-teknoloġija użata jew kundizzjonijiet oħrajn meħtieġa biex jiġi żgurat li l-iskart jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent.
|
|
Artikolu 14 7.
|
B’deroga mill-paragrafu 6, l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tapprova t-talba għal kunsens minn qabel jekk hija ma tkunx issodisfata li l-ħruġ tal-kunsens minn qabel se jiżgura li l-iskart se jiġi mmaniġġjat f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u rekwiżiti oħra stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE jew, meta rilevanti, li l-aħjar tekniki disponibbli se jiġu applikati f’konformità mal-konklużjonijiet stabbiliti fl-ambitu tad-Direttiva 2010/75/UE.
|
|
Artikolu 14 8.
|
Id-deċiżjoni li tiġi approvata jew irrifjutata t-talba għal kunsens minn qabel għandha tiġi kkomunikata lill-persuna ġuridika jew fiżika li tkun issottomettiet it-talba hekk kif tittieħed mill-awtorità kompetenti u għandha tkun debitament motivata.
|
|
Artikolu 14 9.
|
Il-kunsens minn qabel ta’ faċilità ta’ rkupru għandu jkun validu għal għaxar snin, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fid-deċiżjoni li tapprova t-talba għal kunsens minn qabel. Matul dak il-perjodu l-awtorità kompetenti għandha twettaq mill-inqas spezzjoni waħda skont l-Artikolu 60. Spezzjonijiet addizzjonali għandhom jitwettqu jekk ikunu meħtieġa abbażi tal-approċċ ta’ valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji kif imsemmija fl-Artikolu 62.
|
|
Artikolu 14 10.
|
Kunsens minn qabel ta’ faċilità ta’ rkupru jista’ jiġi revokat fi kwalunkwe ħin mill-awtorità kompetenti, jekk issir disponibbli informazzjoni li turi li l-informazzjoni pprovduta f’konformità mal-paragrafu 2 hija falza jew li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 6 ma għadhomx issodisfati. Deċiżjoni biex jiġi revokat kunsens minn qabel għandha tkun debitament motivata u kkomunikata lill-faċilità kkonċernata.
|
|
Artikolu 14 11.
|
Il-persuna ġuridika jew fiżika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti kkonċernata bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha debitament tivvaluta dawk il-bidliet u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna jew tirrevoka l-kunsens minn qabel.
|
|
Artikolu 14 12.
|
Fil-każ ta’ notifika ġenerali sottomessa f’konformità mal-Artikolu 13 b’rabta ma’ vjeġġi destinati għal faċilità li tkun ngħatat kunsens minn qabel, il-perjodu ta’ validità tal-kunsens imsemmi fl-Artikolu 9(4) għandu jiġi estiż għal tliet snin. B’deroga mill-ewwel subparagrafu l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu, f’każijiet debitament ġustifikati, li jestendu l-perjodu ta’ validità għal perjodu iqsar minn tliet snin.
|
|
Artikolu 14 13.
|
L-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu kunsens minn qabel għal faċilità f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom, billi jużaw il-formola stabbilita fl-Anness VI, jinfurmaw lill-Kummissjoni u, meta xieraq, lis-Segretarjat tal-OECD b’dawn li ġejjin:
(a)
l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-indirizz tal-faċilità ta’ rkupru;
(b)
deskrizzjoni tat-teknoloġija użata, u l-kodiċiR jew il-kodiċijiet kif imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE;
(c)
il-kodiċi jew kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-iskart għal skart li għalih japplika l-kunsens minn qabel;
(d)
il-kwantità totali li għaliha ngħata l-kunsens minn qabel;
(e)
il-perjodu ta’ validità tal-kunsens minn qabel;
(f)
kwalunkwe bidla fil-kunsens minn qabel;
(g)
kwalunkwe bidla fl-informazzjoni nnotifikata;
(h)
kwalunkwe revoka tal-kunsens minn qabel.
|
|
Artikolu 14 14.
|
B’deroga mill-Artikoli 9, 10 u 12, il-kunsens mogħti f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-kundizzjonijiet imposti f’konformità mal-Artikolu 10 jew l-oġġezzjonijiet imressqa f’konformità mal-Artikolu 12 mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha fir-rigward ta’ notifika għal vjeġġ destinat għal faċilità mogħtija l-kunsens minn qabel għandhom ikunu soġġetti għal limitu ta’ żmien ta’ sebat ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha n-notifikatur ikun ġie infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12) li n-notifika ġiet kompluta kif suppost.
|
|
Artikolu 14 15.
|
Jekk awtorità kompetenti waħda jew aktar ikunu jixtiequ jitolbu informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 8(2), (4), (7) jew (9), b’rabta ma’ notifika għal vjeġġi lejn faċilità mogħtija l-kunsens minn qabel, il-perjodi msemmija f’dawk il-paragrafi, kif ukoll fl-Artikolu 8(3) u (8), għandhom jitqassru għal:
(a)
ħamest ijiem tax-xogħol għall-Artikolu 8(2), (3), (7) u (8); u
(b)
tlett ijiem tax-xogħol għall-Artikolu 8(4) u (9).
|
|
Artikolu 14 16.
|
Minkejja l-paragrafu 14, awtorità kompetenti kkonċernata tista’ tiddeċiedi li jkun meħtieġ aktar żmien sabiex tirċievi aktar informazzjoni jew dokumentazzjoni mingħand in-notifikatur. F’tali każijiet, dik l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien sebat ijiem tax-xogħol mid-data li fiha n-notifikatur ikun ġie infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12) li n-notifika ġiet kompluta kif suppost, tinforma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati. Iż-żmien totali meħtieġ biex tittieħed waħda mid-deċiżjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) ma għandux jaqbeż it-30 jum mid-data li fiha n-notifikatur ikun ġie infurmat f’konformità mal-Artikolu 8(12) li n-notifika ġiet kompluta kif suppost.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|