+Artikolu 15 Dispożizzjonijiet addizzjonali rigward irkupru interim u rimi interim
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.
---+Artikolu 15 8.
|
Artikolu 15 Dispożizzjonijiet addizzjonali rigward irkupru interim u rimi interim
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Meta vjeġġ ikun destinat għal irkupru interim jew rimi interim, il-faċilitajiet kollha fejn ikunu previsti rkupru interim jew mhux interim sussegwenti jew rimi interim jew mhux interim sussegwenti għandhom ikunu indikati wkoll fid-dokument ta’ notifika flimkien mal-irkupru interim jew mar-rimi interim inizjali.
|
|
Artikolu 15 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni għandhom jagħtu l-kunsens tagħhom biss għal vjeġġ ta’ skart destinat għal operazzjoni ta’ rkupru interim jew għal operazzjoni ta’ rimi interim jekk iqisu li l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 11 ġew issodisfati jew li ma għandhomx raġuni għalfejn iressqu oġġezzjoni, f’konformità mal-Artikolu 12, fir-rigward tal-vjeġġ jew il-vjeġġi lejn il-faċilitajiet li jwettqu kwalunkwe rkupru interim jew mhux interim jew rimi interim jew mhux interim sussegwenti.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Fi żmien jumejn mill-wasla tal-iskart mill-faċilità li twettaq l-operazzjoni ta’ rkupru interim jew l-operazzjoni ta’ rimi interim, dik il-faċilità għandha tipprovdi konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati li l-iskart ikun ġie riċevut. Dik il-konferma għandha tingħata fid-dokument ta’ moviment jew annessa miegħu.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara li tiġi kompluta l-operazzjoni ta’ rkupru interim jew l-operazzjoni ta’ rimi interim, u mhux aktar tard minn sena waħda, jew l-iqsar perjodu msemmi fl-Artikolu 9(6), wara l-wasla tal-iskart, il-faċilità li twettaq dik l-operazzjoni, għandha, taħt ir-responsabbiltà tagħha, tipprovdi ċertifikat lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati li l-operazzjoni ġiet kompluta. Dak iċ-ċertifikat għandu jingħata fid-dokument ta’ moviment jew anness miegħu.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Meta faċilità ta’ rkupru jew ta’ rimi li twettaq operazzjoni ta’ rkupru interim jew operazzjoni ta’ rimi interim twassal l-iskart għal kwalunkwe operazzjoni sussegwenti ta’ rkupru interim jew mhux interim jew ta’ rimi interim jew mhux interim sussegwenti, lil xi faċilità li tinsab fil-pajjiż tad-destinazzjoni, hija għandha tikseb malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn sena waħda, jew l-iqsar perjodu msemmi fl-Artikolu 9(6), wara l-kunsinna tal-iskart, ċertifikat minn dik il-faċilità li l-irkupru interim jew mhux interim u r-rimi interim jew mhux interim ġie komplut. Il-faċilità li twettaq operazzjoni ta’ rkupru interim jew ta’ rimi interim kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandha tittrażmetti minnufih, iċ-ċertifikati rilevanti lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, li jidentifikaw il-vjeġġi li għalihom jappartjenu ċ-ċertifikati.
|
|
Artikolu 15 6.
|
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-kontenut taċ-ċertifikat fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha, fi żmien xieraq qabel ma tadotta l-att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 27(5), u mhux aktar tard mill-21 ta’ Mejju 2025, tadotta att delegat li jissupplimenta dan l-Artikolu li jistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’tali ċertifikat. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-Artikolu 80.
|
|
Artikolu 15 7.
|
Meta kunsinna kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu ssir lejn faċilità li tinsab fil-pajjiż inizjali tad-dispaċċ jew fi Stat Membru ieħor u tkun tikkonċerna vjeġġi ta’ skart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3), għandha tkun meħtieġa notifika ġdida f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 15 8.
|
Meta kunsinna kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu ssir lejn faċilità f’pajjiż terz u tkun tikkonċerna vjeġġi kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3), għandha tkun meħtieġa notifika ġdida f’konformità ma’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom japplikaw ukoll għall-awtorità kompetenti inizjali tal-pajjiż inizjali tad-dispaċċ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|