+Artikolu 24 Spejjeż tat-teħid lura meta vjeġġ ma jkunx jista’ jiġi kkompletat kif intenzjonat
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.

Artikolu 24 Spejjeż tat-teħid lura meta vjeġġ ma jkunx jista’ jiġi kkompletat kif intenzjonat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.

L-ispejjeż li jinħolqu mir-ritorn jew l-irkupru jew ir-rimi b’mod alternattiv tal-iskart minn vjeġġ li ma jkunx jista’ jiġi kkompletat kif intenzjonat, inklużi l-ispejjeż tat-trasport tal-iskart, tal-irkupru jew tar-rimi skont l-Artikolu 22(2) jew (3), u, mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li vjeġġ ta’ skart jew l-irkupru jew ir-rimi ma jistax jiġi kkompletat kif intenzjonat, l-ispejjeż tal-ħżin skont l-Artikolu 22(10) għandhom jiġu ddebitati f’konformità mal-ordni li ġejja:

(a) 

lin-notifikatur inizjali jew, jekk ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (b);

(b) 

lill-persuna fiżika jew ġuridika meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-Artikolu 22(11) jew (12), meta rilevanti jew, jekk ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (c);

(c) 

lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra kif xieraq; jew, jekk ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (d);

(d) 

lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ; jew, jekk dak ukoll ma jkunx prattikabbli f’konformità mal-punt (e);

(e) 

kif ikun miftiehem mod ieħor bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

Artikolu 24 2.
Qabel ma l-ispejjeż jiġu ddebitati lil xi ħadd għajr in-notifikatur inizjali, għandha tintuża l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 7. Jekk ma jkun hemm ebda garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti jew jekk l-ispejjeż jaqbżu l-ammont tal-kopertura tal-garanzija finanzjarja jew tal-assigurazzjoni ekwivalenti, l-ispejjeż għandhom jiġu ddebitati f’konformità mal-ordni indikata fil-paragrafu 1.
Artikolu 24 3.
Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-ispejjeż li jinħolqu mit-teħid lura jew mill-irkupru alternattiv tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 23.
Artikolu 24 4.
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali rigward ir-responsabbiltà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit