|
+Artikolu 24 1. |
Artikolu 24 1.L-ispejjeż li jinħolqu mir-ritorn jew l-irkupru jew ir-rimi b’mod alternattiv tal-iskart minn vjeġġ li ma jkunx jista’ jiġi kkompletat kif intenzjonat, inklużi l-ispejjeż tat-trasport tal-iskart, tal-irkupru jew tar-rimi skont l-Artikolu 22(2) jew (3), u, mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li vjeġġ ta’ skart jew l-irkupru jew ir-rimi ma jistax jiġi kkompletat kif intenzjonat, l-ispejjeż tal-ħżin skont l-Artikolu 22(10) għandhom jiġu ddebitati f’konformità mal-ordni li ġejja:
(a)
lin-notifikatur inizjali jew, jekk ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (b);
(b)
lill-persuna fiżika jew ġuridika meqjusa li hija n-notifikatur f’konformità mal-Artikolu 22(11) jew (12), meta rilevanti jew, jekk ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (c);
(c)
lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra kif xieraq; jew, jekk ma jkunx prattikabbli, f’konformità mal-punt (d);
(d)
lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ; jew, jekk dak ukoll ma jkunx prattikabbli f’konformità mal-punt (e);
(e)
kif ikun miftiehem mod ieħor bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|