Artikolu 30
L-ispejjeż amministrattivi xierqa u proporzjonati għall-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ notifika u superviżjoni u l-ispejjeż normali għall-analiżijiet u l-ispezzjonijiet xierqa jistgħu jiġu ddebitati mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jew mill-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet lin-notifikatur u, meta rilevanti, lill-persuna li torganizza l-vjeġġ. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet applikati fil-livell nazzjonali b’rabta ma’ tali spejjeż. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.