+Artikolu 39 Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ skart perikoluż u ċertu skart ieħor
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
|
Artikolu 39 Projbizzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ skart perikoluż u ċertu skart ieħor
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
L-esportazzjonijiet mill-Unjoni tal-iskart li ġej li huwa destinat għall-irkupru f’pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD għandhom jiġu pprojbiti:
(a)
skart elenkat bħala perikoluż fil-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;
(b)
skart elenkat bħala perikoluż fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(c)
skart imsemmi fl-Artikolu 4(3) u skart elenkat fil-Parti 2 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;
(d)
skart tal-plastik ikklassifikat taħt l-entrata B3011;
(e)
skart elenkat fl-Anness III jew l-Anness IIIB u taħlitiet ta’ skart elenkati fl-Anness IIIA li huma kkontaminati b’materjali oħra sa punt li jżid ir-riskji assoċjati mal-iskart b’mod suffiċjenti li jrendihom xierqa għal sottomissjoni għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-proprjetajiet perikolużi fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, jew li jipprevjeni l-irkupru tal-iskart b’mod li jħares l-ambjent;
(f)
skart jew taħlitiet ta’ skart li jkun fihom jew li jkunu kkontaminati POPs fi kwantitajiet li jilħqu jew jaqbżu limitu ta’ konċentrazzjoni indikat fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021;
(g)
skart perikoluż mhux ikklassifikat taħt entrata unika fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(h)
it-taħlitiet ta’ skart perikoluż u t-taħlitiet ta’ skart perikoluż ma’ skart mhux perikoluż mhux ikklassifikati taħt entrata unika fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(i)
skart innotifikat mill-pajjiż tad-destinazzjoni bħala perikoluż skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea;
(j)
skart li l-importazzjoni tiegħu tkun ġiet ipprojbita mill-pajjiż tad-destinazzjoni;
(k)
skart li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ikollha raġuni biex temmen li ma jkunx se jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent, kif imsemmi fl-Artikolu 59, fil-pajjiż tad-destinazzjoni kkonċernat;
|
|
Artikolu 39 2.
|
Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal skart li huwa soġġett għal obbligu ta’ teħid lura skont l-Artikolu 22 jew 25.
|
|
Artikolu 39 3.
|
L-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jistabbilixxu, abbażi ta’ evidenza dokumentarja pprovduta min-notifikatur, li skart perikoluż speċifiku elenkat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE huwa eskluż mill-projbizzjoni tal-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, meta ma juri l-ebda waħda mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, filwaqt li jqisu l-kriterji u l-valuri ta’ limitu applikabbli u l-limiti ta’ konċentrazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż kif speċifikat f’dak l-Anness. Meta proprjetà perikoluża ta’ skart tkun ġiet ivvalutata permezz ta’ test u bl-użu tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi perikolużi kif indikat fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, ir-riżultati tat-test għandhom jipprevalu.
|
|
Artikolu 39 4.
|
Il-fatt li l-iskart mhuwiex elenkat bħala perikoluż fl-Anness V jew fil-lista ta’ skart kif imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE, jew huwa elenkat fil-Parti 1, il-Lista B tal-Anness V, ma għandux jipprekludi, f’każijiet eċċezzjonali, il-karatterizzazzjoni ta’ tali skart bħala perikoluż u, għalhekk, soġġett għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni jekk juri kwalunkwe proprjetà minn dawk elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, filwaqt li jitqiesu l-kriterji u l-valuri ta’ limitu applikabbli u l-limiti ta’ konċentrazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż, kif speċifikati hemmhekk. Meta proprjetà perikoluża ta’ skart tkun ġiet ivvalutata permezz ta’ test u bl-użu tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi perikolużi kif indikat fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, ir-riżultati tat-test għandhom jipprevalu.
|
|
Artikolu 39 5.
|
Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinforma lill-awtorità kompetenti prevista qabel ma tieħu deċiżjoni li tagħti l-kunsens għal vjeġġi ppjanati lejn dak il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali każijiet lill-Kummissjoni qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha, lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basilea meta l-informazzjoni tirreferi għal entrata elenkata fil-Konvenzjoni ta’ Basilea u lis-Segretarjat tal-OECD meta l-informazzjoni tirreferi għal entrata elenkata fid-Deċiżjoni tal-OECD. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni tista’ tagħmel kummenti u għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex temenda l-Anness V.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|