+Artikolu 39 1.

Artikolu 39 1.

L-esportazzjonijiet mill-Unjoni tal-iskart li ġej li huwa destinat għall-irkupru f’pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD għandhom jiġu pprojbiti:

(a) 

skart elenkat bħala perikoluż fil-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

skart elenkat bħala perikoluż fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(c) 

skart imsemmi fl-Artikolu 4(3) u skart elenkat fil-Parti 2 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

skart tal-plastik ikklassifikat taħt l-entrata B3011;

(e) 

skart elenkat fl-Anness III jew l-Anness IIIB u taħlitiet ta’ skart elenkati fl-Anness IIIA li huma kkontaminati b’materjali oħra sa punt li jżid ir-riskji assoċjati mal-iskart b’mod suffiċjenti li jrendihom xierqa għal sottomissjoni għall-proċedura ta’ notifika u ta’ kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-proprjetajiet perikolużi fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE, jew li jipprevjeni l-irkupru tal-iskart b’mod li jħares l-ambjent;

(f) 

skart jew taħlitiet ta’ skart li jkun fihom jew li jkunu kkontaminati POPs fi kwantitajiet li jilħqu jew jaqbżu limitu ta’ konċentrazzjoni indikat fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021;

(g) 

skart perikoluż mhux ikklassifikat taħt entrata unika fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(h) 

it-taħlitiet ta’ skart perikoluż u t-taħlitiet ta’ skart perikoluż ma’ skart mhux perikoluż mhux ikklassifikati taħt entrata unika fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament jew fil-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(i) 

skart innotifikat mill-pajjiż tad-destinazzjoni bħala perikoluż skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea;

(j) 

skart li l-importazzjoni tiegħu tkun ġiet ipprojbita mill-pajjiż tad-destinazzjoni;

(k) 

skart li l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ikollha raġuni biex temmen li ma jkunx se jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent, kif imsemmi fl-Artikolu 59, fil-pajjiż tad-destinazzjoni kkonċernat;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit