+Artikolu 43 Valutazzjoni tat-talba għal inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
|
Artikolu 43 Valutazzjoni tat-talba għal inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet sottomessi skont l-Artikolu 42 mingħajr dewmien u, jekk tkun sodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu jkunu ssodisfati, għandha tinkludi l-pajjiż li jagħmel it-talba fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn ipprovduti mill-pajjiż li jagħmel it-talba, kif ukoll fuq informazzjoni rilevanti oħra, u tiddetermina jekk il-pajjiż li jagħmel it-talba jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42, inkluż jekk ikunx stabbilixxa u huwiex qed jimplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-iskart u t-taħlitiet ta’ skart ikkonċernati jiġu mmaniġġjati b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59, u li ma jkun hemm l-ebda effetti negattivi sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-i
►C1
skart fil-livell nazzjonali ◄ fil-pajjiż ikkonċernat bħala konsegwenza tal-iskart esportat mill-Unjoni. Sabiex twettaq din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tuża, bħala punti ta’ referenza, id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni u l-gwida msemmija fl-Anness IX.
|
|
Artikolu 43 2.
|
Meta, matul il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni pprovduta mill-pajjiż li jagħmel it-talba mhijiex kompluta jew hija mhux suffiċjenti biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42, hija għandha tagħti lil dak il-pajjiż il-possibbiltà li jipprovdi informazzjoni addizzjonali f’perjodu massimu ta’ tliet xhur. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ tliet xhur meta l-pajjiż rikjedenti jagħmel talba motivata għal tali estensjoni.
|
|
Artikolu 43 3.
|
Meta l-pajjiż li jagħmel it-talba ma jipprovdix l-informazzjoni addizzjonali fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew meta l-informazzjoni addizzjonali pprovduta xorta titqies bħala mhux kompluta jew mhux suffiċjenti biex turi konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42, il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien żejjed lill-pajjiż li jagħmel it-talba li ma jistax jiġi inkluż fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet u li t-talba tiegħu ma tkunx se tibqa’ tiġi pproċessata. F’tali każ, il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-pajjiż li jagħmel it-talba bir-raġunijiet għal dik il-konklużjoni. Il-pajjiż li jagħmel it-talba jista’ jissottometti talba ġdida skont l-Artikolu 42.
|
|
Artikolu 43 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet sottomessi skont l-Artikolu 42(4) mingħajr dewmien żejjed u, jekk tkun sodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42(3) u (4) ikunu ssodisfati, għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 80 biex tinkludi l-pajjiż li jagħmel it-talba fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet. Sabiex twettaq din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tuża, bħala punti ta’ referenza, id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni u l-gwida msemmija fl-Anness IX.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|