+Artikolu 43 1.

Artikolu 43 1.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet sottomessi skont l-Artikolu 42 mingħajr dewmien u, jekk tkun sodisfatta li r-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu jkunu ssodisfati, għandha tinkludi l-pajjiż li jagħmel it-talba fil-lista ta’ pajjiżi li lejhom huma awtorizzati l-esportazzjonijiet. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn ipprovduti mill-pajjiż li jagħmel it-talba, kif ukoll fuq informazzjoni rilevanti oħra, u tiddetermina jekk il-pajjiż li jagħmel it-talba jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 42, inkluż jekk ikunx stabbilixxa u huwiex qed jimplimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-iskart u t-taħlitiet ta’ skart ikkonċernati jiġu mmaniġġjati b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59, u li ma jkun hemm l-ebda effetti negattivi sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-i ►C1  skart fil-livell nazzjonali ◄ fil-pajjiż ikkonċernat bħala konsegwenza tal-iskart esportat mill-Unjoni. Sabiex twettaq din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tuża, bħala punti ta’ referenza, id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni u l-gwida msemmija fl-Anness IX.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit