+Artikolu 45 Monitoraġġ tal-esportazzjoni u proċedura ta’ salvagwardja
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
|
Artikolu 45 Monitoraġġ tal-esportazzjoni u proċedura ta’ salvagwardja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ tal-esportazzjonijiet ta’ skart mill-Unjoni lejn pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, bil-ħsieb li jiġi żgurat li tali esportazzjonijiet ma jwasslux għal dannu serju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew li l-iskart importat mill-Unjoni ma jintbagħatx lejn pajjiżi terzi. Bħala parti mill-monitoraġġ tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-talbiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu akkumpanjati minn informazzjoni u data rilevanti li turi li l-immaniġġjar tal-iskart esportat mill-Unjoni ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ ġestjoni li tħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59 f’pajjiż terz li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD, jew li tali esportazzjonijiet jikkawżaw effetti negattivi sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż.
|
|
Artikolu 45 2.
|
F’każijiet fejn:
(a)
ma hemmx biżżejjed evidenza disponibbli li turi li pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD għandu l-kapaċità li jirkupra ċertu skart b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59, inkluż minħabba l-esportazzjoni ta’ tali skart mill-Unjoni lill-pajjiż ikkonċernat, jew
(b)
meta jkun hemm evidenza li l-pajjiż ikkonċernat jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 59 għal dan l-iskart, jew
(c)
ikun hemm evidenza li hemm effetti negattivi sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż minħabba l-esportazzjoni tal-iskart mill-Unjoni,
il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat biex jipprovdu, fi żmien 60 jum, informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li taħthom jiġi rkuprat l-iskart inkwistjoni, l-effett tal-esportazzjoni tal-iskart mill-Unjoni fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż u l-kapaċità tal-pajjiż ikkonċernat li jimmaniġġja l-iskart inkwistjoni b’mod li jħares l-ambjent kif imsemmi fl-Artikolu 59. Il-Kummissjoni tista’ tagħti estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien jekk il-pajjiż ikkonċernat jagħmel talba motivata għall-estensjoni tiegħu.
|
|
Artikolu 45 3.
|
It-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha l-għan li tivverifika li l-pajjiż ikkonċernat:
(a)
ikun stabbilixxa u implimenta qafas legali adegwat għall-importazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart ikkonċernat, kemm l-iskart importat kif ukoll l-iskart iġġenerat fil-pajjiż, b’mod li jħares l-ambjent, kif ukoll miżuri adegwati biex tiġi żgurata l-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat;
(b)
ikun stabbilixxa rappurtar separat dwar il-kwantità ta’ skart iġġenerat fil-pajjiż ikkonċernat u tal-iskart importat f’dak il-pajjiż;
(c)
ikollu kapaċità suffiċjenti fit-territorju tiegħu li tippermetti li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent, filwaqt li jqis il-volum ta’ skart importat fit-territorju tiegħu;
(d)
ikun stabbilixxa strateġija adegwata, inklużi miżuri biex jiżgura li l-importazzjoni tal-iskart ikkonċernat ma jkollha ebda effett negattiv sostanzjali fuq il-ġbir u l-immaniġġjar tal-i
►C1
skart iġġenerat nazzjonalment ◄ ;
(e)
ikun stabbilixxa u implimenta miżuri ta’ infurzar adegwati biex jiżgura li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent u jindirizza vjeġġi jew trattament illegali possibbli ta’ tali skart;
(f)
fil-każ tal-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik, ikun qed jimplimenta rekwiżiti mfassla biex jiżguraw li l-iskart tal-plastik jiġi riċiklat b’mod li jħares l-ambjent u li l-iskart residwu ġġenerat permezz tal-proċess tar-riċiklaġġ jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent, inkluż permezz ta’ projbizzjoni tal-ħruq fil-miftuħ jew tar-rimi ta’ tali skart. Barra minn hekk, it-talba għandu jkollha l-għan li tivverifika li jiġu implimentati miżuri biex jiġi evitat li l-importazzjoni ta’ skart tal-plastik mill-Unjoni timmina l-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-i
►C1
skart ◄ tal-plastik
►C1
iġġenerat nazzjonalment ◄ kif ukoll li ttieħdu miżuri għall-prevenzjoni tal-vjeġġi ta’ skart tal-plastik importat lejn pajjiżi oħra. Għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni li turi li l-infurzar u l-ispezzjonijiet speċifiċi tal-vjeġġi tal-iskart tal-plastik u tal-faċilitajiet li jimmaniġġjaw tali skart jitwettqu f’intervalli regolari biex jiġu implimentati dawk ir-rekwiżiti u jiġi mtaffi t-tniġġis fl-arja, fil-ħamrija, fl-ilma jew fl-ambjent tal-baħar b’rabta mal-immaniġġjar ħażin tal-iskart tal-plastik.
|
|
Artikolu 45 4.
|
Għall-fini tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, meta jkun rilevanti, għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
|
|
Artikolu 45 5.
|
Il-Kummissjoni għandha teżerċita skrutinju speċifiku fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik lejn pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD. Il-Kummissjoni, sal-21 ta’ Mejju 2026, għandha tivvaluta jekk il-pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD u li jimportaw volumi sinifikanti ta’ skart tal-plastik mill-Unjoni jikkonformawx ma’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 45 6.
|
Meta, wara t-talba msemmija fil-paragrafu 2, il-pajjiż ikkonċernat ma jipprovdix biżżejjed evidenza kif imsemmi fil-paragrafu 3 li l-iskart ikkonċernat huwa mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 59, jew li ma jkun hemm ebda effett negattiv sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż bħala konsegwenza tal-iskart esportat mill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tipprojbixxi l-esportazzjoni tal-iskart ikkonċernat lejn dan il-pajjiż. Projbizzjoni għandha titneħħa biss mill-Kummissjoni meta din ikollha biżżejjed evidenza li l-iskart ikkonċernat se jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent u li ma jkun hemm ebda effett negattiv sostanzjali fuq l-immaniġġjar tal-iskart iġġenerat f’dak il-pajjiż bħala konsegwenza tal-iskart esportat mill-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|