+Artikolu 45 3.

Artikolu 45 3.

It-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha l-għan li tivverifika li l-pajjiż ikkonċernat:

(a) 

ikun stabbilixxa u implimenta qafas legali adegwat għall-importazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart ikkonċernat, kemm l-iskart importat kif ukoll l-iskart iġġenerat fil-pajjiż, b’mod li jħares l-ambjent, kif ukoll miżuri adegwati biex tiġi żgurata l-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-iskart residwu ġġenerat permezz tal-irkupru tal-iskart ikkonċernat;

(b) 

ikun stabbilixxa rappurtar separat dwar il-kwantità ta’ skart iġġenerat fil-pajjiż ikkonċernat u tal-iskart importat f’dak il-pajjiż;

(c) 

ikollu kapaċità suffiċjenti fit-territorju tiegħu li tippermetti li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent, filwaqt li jqis il-volum ta’ skart importat fit-territorju tiegħu;

(d) 

ikun stabbilixxa strateġija adegwata, inklużi miżuri biex jiżgura li l-importazzjoni tal-iskart ikkonċernat ma jkollha ebda effett negattiv sostanzjali fuq il-ġbir u l-immaniġġjar tal-i ►C1  skart iġġenerat nazzjonalment ◄ ;

(e) 

ikun stabbilixxa u implimenta miżuri ta’ infurzar adegwati biex jiżgura li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent u jindirizza vjeġġi jew trattament illegali possibbli ta’ tali skart;

(f) 

fil-każ tal-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik, ikun qed jimplimenta rekwiżiti mfassla biex jiżguraw li l-iskart tal-plastik jiġi riċiklat b’mod li jħares l-ambjent u li l-iskart residwu ġġenerat permezz tal-proċess tar-riċiklaġġ jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent, inkluż permezz ta’ projbizzjoni tal-ħruq fil-miftuħ jew tar-rimi ta’ tali skart. Barra minn hekk, it-talba għandu jkollha l-għan li tivverifika li jiġu implimentati miżuri biex jiġi evitat li l-importazzjoni ta’ skart tal-plastik mill-Unjoni timmina l-ġestjoni li tħares l-ambjent tal-i ►C1  skart ◄ tal-plastik ►C1  iġġenerat nazzjonalment ◄ kif ukoll li ttieħdu miżuri għall-prevenzjoni tal-vjeġġi ta’ skart tal-plastik importat lejn pajjiżi oħra. Għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni li turi li l-infurzar u l-ispezzjonijiet speċifiċi tal-vjeġġi tal-iskart tal-plastik u tal-faċilitajiet li jimmaniġġjaw tali skart jitwettqu f’intervalli regolari biex jiġu implimentati dawk ir-rekwiżiti u jiġi mtaffi t-tniġġis fl-arja, fil-ħamrija, fl-ilma jew fl-ambjent tal-baħar b’rabta mal-immaniġġjar ħażin tal-iskart tal-plastik.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit