+Artikolu 52 Projbizzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ skart destinat għall-irkupru
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.

Artikolu 52 Projbizzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ skart destinat għall-irkupru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ skart destinat għall-irkupru għandhom ikunu pprojbiti għajr għall-importazzjonijiet li jkunu ġejjin minn:

(a) 

pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD;

(b) 

pajjiżi oħra li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea;

(c) 

pajjiżi oħra li magħhom l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ikunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea;

(d) 

pajjiżi oħra li magħhom Stati Membri individwali jkunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali f’konformità mal-paragrafu 2; jew

(e) 

żoni oħra f’każijiet fejn, minħabba raġunijiet eċċezzjonali matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, operazzjonijiet tal-istabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi, jew ta’ gwerra, ebda ftehim jew arranġament bilaterali skont il-punt (c) jew (d) ma jkun jista’ jiġi konkluż jew fejn għadha ma ġietx iddeżinjata jew mhijiex kapaċi li taġixxi awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-dispaċċ.

Artikolu 52 2.
F’każijiet eċċezzjonali, Stati Membri individwali jistgħu jikkonkludu ftehimiet u arranġamenti bilaterali għall-irkupru ta’ skart speċifiku f’dawk l-Istati Membri, fejn tali skart ma jkunx se jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent fil-pajjiż tad-dispaċċ.

F’każijiet bħal dawn, l-Artikolu 50(2), it-tieni subparagrafu, għandu japplika.

Artikolu 52 3.
Il-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali miftiehma f’konformità mal-paragrafu 1, il-punti (c) u (d), għandhom ikunu ibbażati fuq ir-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 51 sa fejn dan ikun pertinenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit