|
+Artikolu 52 1. |
Artikolu 52 1.L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ skart destinat għall-irkupru għandhom ikunu pprojbiti għajr għall-importazzjonijiet li jkunu ġejjin minn:
(a)
pajjiżi li għalihom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD;
(b)
pajjiżi oħra li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea;
(c)
pajjiżi oħra li magħhom l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ikunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u f’konformità mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea;
(d)
pajjiżi oħra li magħhom Stati Membri individwali jkunu kkonkludew ftehimiet jew arranġamenti bilaterali f’konformità mal-paragrafu 2; jew
(e)
żoni oħra f’każijiet fejn, minħabba raġunijiet eċċezzjonali matul sitwazzjonijiet ta’ kriżi, operazzjonijiet tal-istabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi, jew ta’ gwerra, ebda ftehim jew arranġament bilaterali skont il-punt (c) jew (d) ma jkun jista’ jiġi konkluż jew fejn għadha ma ġietx iddeżinjata jew mhijiex kapaċi li taġixxi awtorità kompetenti fil-pajjiż tad-dispaċċ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|