+Artikolu 65 Kooperazzjoni fl-infurzar bejn l-Istati Membri
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.

Artikolu 65 Kooperazzjoni fl-infurzar bejn l-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 65 1.
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, bilateralment u multilateralment, ma’ xulxin sabiex jiffaċilitaw il-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ vjeġġi illegali. Għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti relatata ma’ tali prevenzjoni u detezzjoni, inkluż dwar il-vjeġġi tal-iskart, il-flussi tal-iskart, l-operaturi u l-faċilitajiet, u jikkondividu l-esperjenza u l-għarfien dwar il-miżuri ta’ infurzar, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 62(1), fi ħdan strutturi stabbiliti, b’mod partikolari, permezz tal-grupp ta’ infurzar tal-vjeġġi ta’ skart stabbilit skont l-Artikolu 66.
Artikolu 65 2.
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-awtorità jew l-awtoritajiet u l-membri tal-persunal permanenti tagħhom li jkunu responsabbli għall-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jidentifikaw ukoll awtorità jew awtoritajiet u membri responsabbli tal-persunal permanenti tagħhom bħala l-punti fokali għall-kontrolli fiżiċi msemmija fl-Artikolu 61(1). L-Istati Membri għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni li għandha tikkompila l-informazzjoni u tqegħedha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet identifikati u tal-membri tal-persunal permanenti tagħhom.
Artikolu 65 3.
Fuq it-talba ta’ awtorità fi Stat Membru ieħor, awtorità ta’ Stat Membru tista’ tieħu azzjoni ta’ infurzar kontra persuni, preżenti f’dak l-Istat Membru, suspettati li jkunu mdaħħla fi vjeġġi ta’ skart illegali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit